Reference: 1286/2003

Judgement Details


Date
28/10/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
BARBARA PERIT JOSEPH vs ANASTASI ANTONIA
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, AWMENT TA` KERA - LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA - LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-QRATI ORDINARJI - LOKAZZJONI, PERIJODU TA` RILOKAZZJONI
Summary
Huwa principju elementari imma fondamentali li meta titqanqal kontestazzjoni dwar jekk Qorti li quddiemha titressaq kawza ghandhiex il-kompetenza li tismaghha, hija dik il-Qorti li ghandha tistharregu tiddeciedi dwar eccezzjoni bhal dik fl-aspetti kollha taghha. Daqstantiehor huwa principju accettat li din il-Qorti, bhala Qorti ta' kompetenza ordinarja, ghandha s-setgha li tisma' u taqta' dwar kull kwestjoni ta' ghamla civili sakemm is-setgha dwar kwestjoni bhal dikma tkunx giet moghtija lil tribunal specjali b'ligi apposta;

Inghad ukoll li l-kwestjoni ta' gurisdizzjoni ta' tribunal specjali, limitata kif inhi bil-kompetenza specifika li ligi specjali taghtih, hija kwestjoni ta' ordni pubbliku, u ma tistax tigi deciza fuq bazi ta' ekwita' jew konvenjenza. Kemm hu hekk, il-ligi nfisha trid li fejn ikun il-kaz, Qorti li ma tkunx wahda ta' appell ghandha minn jeddha ex ufficio tiddikjara li m'ghandhiex kompetenza, ukoll jekk ma tkunx tqajmet eccezzjoni quddiemha f'dan is-sens;

Il-Prim' Awla tal-Qorti Civili hija meqjusa bhala t-tribunal ta' gurisdizzjoni ordinarja, filwaqt li l-Bord li Jirregola l-Kera huwa meqjus bhala t-tribunal ta' gurisdizzjoni specjali (u limitata) fil-qasam tal-kirjiet ta' fondi urbani, sewwasew mingabba li mahluq u regolat b'ligi specjali u sal-limiti mfissra f'dik il-ligi. Bhalma jinghad dejjem u minghajr kontestazzjoni, it-tribunal specjali ghandu l-gurisdizzjoni li taghtih il-ligi li bis-sahha taghha huwa mwaqqaf. Tista' tkun gurisdizzjoni esklussiva, imma hija dejjem wahda li trid titwettaq fil-parametri stretti ta' dik l-istessligi;

Din kienet kawza fejn l-attur bhala sid talab ir-revizjoni tal-kera (ta' lokazzjoni likienet ghaddiet fil-fazi ta' rilokazzjoni) bil-mod pattuwit fl-iskrittura ta' lokazzjoni originali.Il-konvenuta, inkwilina, qajmet eccezzjoni ta' inkompetenza rationae materiae.

Il-Qorti qieset li l-azzjoni li kellha quddiem kienet tirrigwarda l-kwistjoni jekk il-ftehim dwar iz-zieda fil-kera kif originarjament milhuq bejn l-attur u l-awtur tal-imharrka kellux jitqies li japplika wkoll fiz-zmien li l-kirja qeghda fil-fazi tar-rilokazzjoni. Din hija talba toto coelo differenti minn talbabiex, matul iz-zmien tar-rilokazzjoni, tigi awtorizzata zieda fil-kera attwali, f'liema kaz allurajkollu s-setgha jisma' l-kawza biss u esklussivament il-Bord li Jirregola l-Kera. Il-Qorti ghalhekkcahdet l-eccezzjoni ta' inkompetenza.

Meta wiehed jigi biex iqis l-eccezzjoni tal-kompetenzatal-Qorti minhabba n-natura tal-kwestjoni mressqa quddiemha, irid izomm sewwa quddiem ghajnejh li l-Qrati ordinarji, u mhux it-tribunali specjali, ghandhom il-kompetenza li jqisu kwestjonijiet li jolqtu hwejjeg li jitnisslu minn ftehim ta' kera originali u t-tifsir tieghu;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info