Reference: 1246/1997/1

Judgement Details


Date
27/10/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MICALLEF JOSEPH ET vs RAUSI JOVIN NOE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ASSIKURAZZJONI, DOVER TAL-ASSIGURAT LI JSEMMI KULL FATT LI RAGJONEVOLMENT GHANDU JHOSS LI HU RILEVANTI GHALL-ASSIKURATUR - ASSIKURAZZJONI, FATTI MATERJALI - GURISDIZZJONI, KLAWSOLA TA` ARBITRAGG
Summary
Il-Qrati taghna ammettew il-validita` tal-klawsola arbitrali li tigi stipulata bejn il-kontraenti uli tnehhi l-gurisdizzjoni tal-Qorti, salv ir-rimedju gudizzjarju wara l-arbitragg, jekk ikun il-kaz.

Dan ghaliex, trattasi ta' klawsola kompromissorja, il-klawsola tidderoga ghall-gurisdizzjoniordinarja u tati lok ghall-eccezzjoni ta' inkompetenza. B' mod allura illi jekk wahda mill-partijiet tipprocedi quddiem il-qorti ordinarja l-konvenut ikollu indubbjament id-dritt jopponi l-inkompetenza u jippretendi l-gudizzju ta' l-arbitru jew arbitri.

Tali tidher li kienet il-gurisprudenza prevalenti, anterjorment ghall-emendi ntrodotti fil-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civilibl-Att XXIV ta' l-1995. Hu issa provvdut fl-Artikolu 742 (3) ta' dan il-Kodici illi "il-gurisdizzjoni tal-qrati ta' kompetenza civili mhijiex eskluza mill-fatt li jkun hemm xi ftehim ta' arbitragg bejn il-partijiet, sew jekk il-procedimenti ta' arbitragg ikunu nbdew jew le, f' liema kaz il-qorti, bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta' kull ligi li tirregola l-arbitragg, ghandha twaqqaf il-procedimenti minghajr pregudizzju ghad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) ta' dan l-artikolu u ghas-setghali ghandha l-qorti li taghti kull ordni jew direttiva.";

Il-ligi (fl-Artikolu 742 (3) kif emendat) riedet li jigi assigurat li l-gurisdizzjoni tal-Qorti ta' kompetenza civili ma tkunx eskluzamill-fatt biss li jkun hemm xi ftehim ta' arbitragg bejn il-partjiet. Riedet allura tassigura li l-Qrati Civili jkunu jistghu u jkollhom il-kompetenza li jissindikaw il-validita` ta' tali ftehim ta'arbitragg, li kellhom id-dritt li jirregolaw il-proceduri skond kif trid il-ligi u anke li jkollhomil-kompetenza u l-gurisdizzjoni li jassiguraw l-ezegwibilita` tad-decizjonijiet arbitrali permezz ta' atti u mandati kawtelatorji, kif ukoll atti u mandati ezekuttivi ... Dan ifisser illi d-disposizzjoni 742 (3) ma kinetx intiza biex tinnewtralizza l-effikacja ta' klawsola arbitrali, imma intiza biss biex tassigura li jkunu l-Qrati Civili li jkollhom il-gurisdizzjoni li jirregolaw il-mod kif taliklawsoli arbitrali kellhom jigu mhaddma u dana billi jkollhom il-poter li jaghmlu tajjeb u jaghtu direttivi fil-kaz li jkun hemm lakuni jew diffikultajiet fil-mod kif tali klawsoli kellhom jigu proceduralment imhaddma fil-prattika.

Naturalment dan ma jfisserx li l-klawsola arbitrali fejn tapplika tista' tigi reza bla ebda effett bis-semplici rikors lill-Qrati. Ifisser pero` li l-Qorti ghandha l-gurisdizzjoni originali u "overiding" li tissindika wkoll l-applikazzjoni ta' l-ezekuzzjoni ta' dawn il-klawsoli arbitrali.

In linea generali preliminari fuq dan l-aspett huwa fatt indiskuss illi dikjarazzjonijiet inezatti (jew reticenti) kontenuti fil-proposal form huma dawk li fis-sustanza jimpedixxu lill-assikuratur milli jivvaluta kif jixraq dawk ic-cirkostanzi nfluwenti meta jokkorri l-event dannuz assikurat, li kapaci jkabbru jew jirreducu l-alea, u ghandhom impatt fuq il-kunsens ta' l-assikurat jew il-kondizzjonijiet kontrattwali. Problemi dawn ta' l-ahhar li jridu jigu epurati fl-ambitu ta' l-interpretazzjoni tal-klawsoli tal-polza skond il-kriterji ermenewtici stabbiliti fl-Artikoli 1002 sa 1011 tal-Kodici Civili. Tajjeb pero` li tigi registrata l-osservazzjoni ghaqlija illi "a fair and reasonable construction of the questions and answers in a proposal form must be adopted".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info