Reference: 275/2000/1

Judgement Details


Date
15/06/2001
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
VELLA PATRICK
Parties
IL-PULIZIJA vs CAMILLERI MARIO
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
PROCEDURI KRIMINALI, PROVVEDIMENTI TAL-QORTI - PROVA, AFFIDAVIT TA` TABIB - PROVA, CERTIFIKAT MEDIKU - PROVA, OFFIZA FUQ IL-PERSUNA
Summary
Hu veru li l-ligi ma tghid xejn dwar meta Qorti ghandha taghti l-provvedimenti taghha fuq talbiet lijsirulha. Izda, mill-banda l-ohra huwa propju fl-ahjar interess ghall-amministrazzjoni tal-gustizzja, kif ukoll sabiex kull procediment jidher li kjarament qed jsir u jitmexxa b'mod l-aktar imparzjali u gust, li kull Qorti ghandha taghti l-provvedimenti taghha, specjalment meta jkunu dwar xi provali l-ammissibilita' taghha qed tigi kontestata, fl-aqsar zmien possibbli wara li jkunu sarulha xi talbiet jew, ghal-anqas, fi zmien ragjonevoli wara li jkunu saru dawk it-talbiet.

Id-dispost ta' l-Artikolu 646 (7) tal-Kodici Kriminali li jippermetti li tabib registrat, minflok ma jidher personalment quddiem il-Qorti, jaghmel certifikat li hu jikkonferma b'affidavit. Dan id-dispost ikomplijghid li b'dana kollu kull parti fil-proceduri jkollha l-fakolta' li tressaq dan it-tabib biex jigiezaminat 'viva voce' fil-Qorti. Sabiex affidavit ikun validu legalment huwa essenzjali, taht piena ta' nullita', li d-dikjarazzjoni jew kontenut ta' dak l-affidavit jigi konfermat bil-gurament quddiempersuna li bil-ligi hija awtorizzata li taghti l-gurament.. Jekk dan l-affidavit jkun maghmul b'modirregolari, Il-konsegwenza ta' dan hija li wiehed ma jistghax allura jiehu konjizzjoni tal-kontenutta' dak id-dokument jew jaghtih valur probatorju.

Sabiex tigi ppruvata offiza gravi, ma hemmx bzonn necessarjament ix-xhieda ta'tabib. Skond kif jiddisponi l-Artikolu 216 (1)(b) tal-Kodici Kriminali, galadraba jirrizulta li hemm ferita fil-wicc, tali ferita ghandha titqies bhala gravi w danirrespettivament minn jekk dik hiex ta'natura permanenti jew le.

Jigi wkoll rilevat li skond gurisprudenza kostanti ricenti, mhux necessarju li sabiex issir l-prova ta'offiza, 'per se', hemmbzonn ta' certifikat mediku jew tax-xhieda tat-tabib li jkun rrilaxxja tali certifikat. Tali certifikat u xhieda tat-tabib huma mehtiega f'kaz li hemm xi kontestazzjoni rizultanti minn xhieda jew cirkostanzi ohra dwar jekk verament kienx hemm offiza fuq il-persuna u/jew tat-tip jew natura ta' dik l-offiza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info