Reference: 707/1998/1

Judgement Details


Date
22/10/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
DIRETTUR TAL-KUNTRATTI vs OFFICE ELECTRONICS LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KAZ FORTUWITU, ELEMENTI TA` - KAZ FORTUWITU, ZIEDA FIL-PREZZIJIET
Summary
Gie ritenut li f' kaz ta' inadempjenza kontrattwali, biex id-debitur jezimi ruhu minn kwalumkwe responsabbilita' jehtieg jipprova li l-inadempjenza tieghu kienet dovuta ghall-ostakolu derivanti minn kawza esterna, li ma kienx imputabbli ghalih, la direttament u lanqas indirettament, u li wkoll kieninsormontabbli u imprevedibbli permezz tad-diligenza ordinarja li huwa kien obbligat juza; ghax mhux obbligat li juza d-diligenza straordinarja peress illi fin-nuqqas ta' dina ma hemmx htija skond il-ligi. Inoltre, "ghall-applikazzjoni tal-prevedibbilita' ta' l-event ghandha tigi applikata t-teorija tal-bonus paterfamilias li fin-nuqqas taghha ggib il-culpa tad-debitur, li allura jisnatura l-kuncett ta' forza maggiore".

L-applikazzjoni tat-teorija tal-'presupposti kontrattwali' jew klawsola rebus sic stantibus li skond il-principji taghna huwa presuppost illi l-partijiet riedu dak il-kuntratt that ic-cirkostanzi imperanti fil-mument tal-kontrattzzjoni.

Il-prova tal-forza magguri jew tal-kaz fortuwitu, bhala kawza liberatrici tar-responsabbilita', ghandu jaghmilha d-debiturli qed jallegaha; u l-kreditur kull ma jirid jipprova huwa l-ezistenza tal-obbligazzjoni. Spetta allura ghad-debitur li jressaq il-prova tal-inesegwibilita' tal-obbligazzjoni minnu assunta minhabbaforza rrezistibbli minnu allegata. Inoltre, kull kaz ghandu jigi konsidrat ghalih peress illi c-cirkustanzi ta' zmien jew ta' natura ohra jistghu jbiddlu s-soluzzjoni fis-sens illi l-event, fejn kien imprevidibbli f' kaz isir previdibbli f' kaz iehor, u ghalhekk l-esekuzzjoni jew l-inevitabilita ma tkunx impossibbli.

Fuq il-kazijiet ta' diffikulta' fl-ezekuzzjoni ta' kuntratt minhabba awment fil-prezzijiet, il-gurisprudenza nostrana tinsenja: "Veru huwa . li l-gholi tal-prezz mhix raguni valida biex tiggustifika l-'forza maggiore' specjalment fil-kuntratti aleatorji, kif inhu l-appalt, izda gie anke ritenut illi l-prezz, anzi f' kazijiet bhal dawn, ma ghandhux ikun tali illi jgib hsara enormi lid-debitur" " .. meta l-ezekuzzjoni ta' l-obbligazzjoni ssir impossibbli jew tant gravuza ghad-debitur, illi min ghandu jiggudika jara li ma jkunx gust li d-debitur jigi kundannat ghall-adempiment taghha."




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info