Reference: 1590/1998/1

Judgement Details


Date
20/10/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MIZZI MARTIN vs CAMILLERI JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL, SENTENZA IN PARTE - REFERENZA GHAS-SENTENZI LI MINNHOM IKUN QED ISIR APPELL - PRESKRIZZJONI, MA HEMM EBDA INTERRUZZJONI META TRATTATIVI ISIRU BLA PREGUDIZZJU - PRESKRIZZJONI, PRESKRIZZJONI KWINKWENNALI TAHT L-ARTIKOLU 2156(F) TAL-KODICI CIVILI FIL-KAZ TA` AZZJONI GHALL-HLAS TA` APPOGG
Summary
L-Artikolu 231(1) tal-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili jiddisponi illi "jekk diversi kwistjonijiet f'kawza jinqatghu b'sentenzi separati jista' jsir appell minn kull wahda minn dawk is-sentenzi wara s-sentenza finali u fiz-zmien li jmiss li jibda jghaddi mill-jum meta tinghata l-ahhar sentenza; u f'dak l-appell ghandhom jissemmew espressament is-sentenza jew sentenzi li minnhom isir l-appell".

Is-sokkombent minn diversi sentenzi moghtija fl-istess kawza ghandu dritt, meta l-kawza tkun deciza bl-ahhar sentenza, jappella anki mis-sentenzi ta' qabel, avolja jkun ghadda z-zmienutli biex jappella minnhom; l-appell pero` jkun null ghal dawk is-sentenzi li ma jissemmewx espressament.

Dan premess, l-artikolu 143 tal-Kap 12 jippreskrivi, imbaghad, x'ghandu jkun fih ir-rikors ta' l-appell. Skond is-subinciz (1) tieghu fejn ir-rikors ikun intiz ghat-thassir tas-sentenza, kif hekk inhu l-kaz hawnhekk, dan ghandu jkun fih "riferenza ghat-talba u ghas-sentenza li tkun qeghda tigi appellata flimkien ma' ragunijiet dettaljati li ghalihom ikun qieghed isir l-appell u fihghandu jintalab illi dik it-talba tigi milqugha jew michuda".

Kemm l-ewwel subinciz kif ukollit-tieni wiehed, mahsub ghat-tibdil tas-sentenza "jippresupponu li dik is-sentenza tigi indikata bl-ismijiet tal-partijiet u bid-data taghha".

Gie stabilit fil-gurisprudenza li fil-waqt li korrezzjoni ta' zball ta' data fil-petizzjoni ta' l-appell kienet permessa din ma tkopriex il-kaz ta' totali omissjoni tad-data tas-sentenza in kwantu kwalunkwe aggunta tibdel sostanzjalment l-eccezzjonitan-nullita`. Hekk inghad illi "kieku kellha tigi permessa l-addizzjoni ta' data ohra, cioe d-datata' l-ewwel decizjoni, ikun qed jinghata dritt ta' appell minn decizjoni meta l-ebda appell ma jkunsar minnha fit-terminu mpost mil-ligi - haga din li zgur tezorbita minn dak li kellu f'mohhu l-legislatur fl-imsemmi artikolu 175 (2).

Fuq dan il-punt irid jigi rilevat illi ghalkemm prezentement wara l-emendi introdotti bl-Att XXIV ta' l-1995 ghal Kap 12, it-termini ta' l-artikolu 175 humain generali ferm aktar wiesgha minn kif kien qabel, ma jidherx li sar tibdil sostanzjali ghal dak lijirrigwarda s-subinciz (2) tieghu fil-kaz ta' talba ghall-korrezzjoni quddiem qorti fi grad ta' appell.

L-offerti li jsiru in linea ta' transazzjoni ma ghandhomx l-effikacja ta' rikonoxximenttad-dejn, ghaliex proposti simili jsiru minghajr pregudizzju tad-drittijiet rispettivi tal-kontendenti.

In-negozjati jew trattivi li jsiru bejn iz-zewg kontraenti waqt id-dekors taz-zmien biexjirrangaw jew jirrizolvu l-kwestjoni ma jistghax ikollhom effikacja interruttiva.

Wiehed ma jkunx qed jammetti d-debitu tieghu jekk huwa jghid jew juri li huwa lest li jelimina l-kwistjonijietreciproci b'xi transazzjoni jew b'mod bonarju. Huwa notorju li t-trattattivi li jsiru bejn il-partijiet biex tigi esplorata l-possibilita` ta' xi ftehim huma dejjem minghajr pregudizzju.

Fil-kaz ta' dritt ta' hlas ta' appogg il-preskrizzjoni applikabbli hi dik ta' hames snin a norma tal-artikolu 2156 (f) tal-Kodici Civili.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info