Reference: 1/2004/1

Judgement Details


Date
07/10/2004
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
LOMBARDO MARK ET vs KUNSILL LOKALI FGURA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 10 (2) TAL-KONVENZJONI TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - ARTIKOLU 41 (2) U (4) TAL- KOSTITUZZJONI - DRITT TA ESPRESSJONI - KWISTJONI FRIVOLA - KWISTJONI VESSATORJA - LIBELL
Summary
Bl-azzjoni taghhom ir-rikorrenti qeghdin jitolbu li jigi dikjarat li l-jedd taghhom ta' espressjonima giex imhares meta l-Kunsill Lokali tal-Fgura ha kontrihom proceduri tal-libell bl-istampa quddiemil-Qrati Civili dwar artikolu (ittra) li deher fil-gurnal “In-Nazzjon”, li tieghu hu editur ir-rikorrent John Zammit. Fiz-zmien li nkitbet l-ittra, t-tliet rikorrenti Lombardo, Bonello u Debono kienu kunsillieri fil-Kunsill Lokali tal-Fgura. L-ittra ggib il-firma taghhom it-tlieta u nkitbet bi twegiba ghal artikolu li kien deher f'harga tal-imsemmi gurnal xi tnax-il jum qabel.

Il-Qorti jidhrilha li l-azzjoni mressqa mir-rikorrenti tqanqal kwestjoni ta' siwi fundamentali ghad-determinazzjoni tal-parametri tal-jedd invokat minn kull wiehed minnhom, kemm jekk fil-vesti taghhom tal-kunsillieri fi hdan Kunsill Lokali u kif ukoll fil-kwalita' ta' editur ta' gurnal.

Huwa accettat li, bil-kelma “frivola”, gie mill-Qrati mfisser li kwestjoni hija tal-ebda pregju jew siwi u li ma jisthoqqilhiex attenzjoni; filwaqt li bil-kelma “vessatorja” wiehed jifhem li l-kwestjoni tqanqlet minghajr ragunijiet tajbin bizzejjed u bil-hsieb li ddejjaq u tirrita lill-parti l-ohra. Il-kwestjoni tkun “semplicement” frivola u vessatorja meta tkun mill-ewwel u mad-daqqa t'ghajn tidher “vana, nieqsa mis-serjeta', manifestament nieqsa mis-sens u ma jisthoqqilhiex attenzjoni”.

Il-liberta' tal-espressjoni zzomm post ewlieni fil-qafas tal-jeddijiet fondamentali tal-bniedem, u dan mhux biss ghaliex uhud mill-jeddijiet fondamentali l-ohrajn jissawru fuq l-ezercizzju tal-liberta' tal-espressjoni, imma ghaliex dik l-istess liberta' ta' spiss tahbat ma' interessi jew sahansitra ma' jeddijietohrajn daqstant fundamentali. Huwa minhabba f'hekk li mil-ligi nfisha, l- Artikolu 41(2) u (4) tal-Kostituzzjoni u l-Artikolu 10(2) tal-Konvenzjoni, johrog li, ghalkemm il-liberta' tal-espressjoni hija daqshekk importanti, hija wkoll wahda mil-libertajiet l-aktar suggetti ghal-limitazzjonijiet lijaghtu margini mhux illimitat ta' applikazzjoni lill-organi tal-Istat (kemm lil-legislatur, fl-ghamil ta' ligijiet, u kif ukoll lill-gudikatura, fit-tifsir u l-applikazzjoni tal-ligijiet fis-sehh). Min-naha l-ohra, hija l-istess ligi li trid li l-applikazzjoni tal-imsemmi margini, ukoll dik maghmula minn qorti indipendenti u imparzjali, tkun suggetta ghas-supervizjoni u skrutinju tal-organi gudizzjarji konvenzjonali. Il-kejl ewlieni li bih jitqies jekk l-indhil fil-jedd ta' espressjoni hielsahuwiex permess huwa l-kejl tal-proporzjonalita' tal-ghamil li jillimita l-jedd.

Filwaqt li kull ghamla ta' espressjoni, maghmula b'kull mezz mahsub biex ixerridha, tgawdi mill-harsien tal-liberta' ta' espressjoni, il-ligi taghfas hafna fuq il-gustifikazzjoni tal-limitazzjonijiet permissibblighall-istess liberta'. Il-jedd tal-espressjoni hielsa japplika kemm ghall-espressjoni nnfisha u kifukoll ghall-mezz uzat biex ixerridha. L-istess jedd japplika kemm ghal taghrif (informazzjoni) u kifukoll ghal idejat jew fehmiet, li mhux mehtieg li jkunu fatti li wiehed jista' jivverifika, ghaliexil-jedd ta' espressjoni hielsa jhares ukoll fehmiet, kritika u spekulazzjoni.

Filwaqt li l-artikolu 41(2) tal-Kostituzzjoni jaghmilha cara li l-ebda haga maghmula skond l-awtorita' ta' xi ligim'ghandha titqies inkonsistenti mal-jedd imhares taht is-sub-artikolu (1) ghal dak li, fost l-ohrajn, jirrigwarda l-harsien tar-reputazzjonijiet, drittijiet u libertajiet ta' persuni ohra, l-artikolu10(2) tal-Konvenzjoni jrid li billi l-ezercizzju tal-liberta' tal-espressjoni jgib mieghu dmirijietu responsabbiltajiet, jista' jkun suggett ghall-formalitajiet, kundizzjonijiet, restrizzjonijiet jew penali kif preskritti b'ligi u jkunu mehtiega f'socjeta' demokratika.

F'dan il-kaz l-elementi ewlenin li fuqhom jistghu jistriehu l-limitazzjonijiet validi tal-jedd tal-espressjoni hielsa magew bl-ebda mod attakkati kif imiss mir-rikorrenti. Dawn l-elementi huma (a) limitazzjoni stabilitaminn ligi; (b) limitazzjoni mahsuba ghall-harsien ta' persuni ohrajn; (c) il-proporzjonalita' tal-limitazzjoni u (d) li l-limitazzjoni hija gustifikabbli f'socjeta' demokratika.

Il-Qorti hija tal-fehma li ma tistax issib li saret xi haga waqt il-proceduri gudizzjarji mehudin kontra r-rikorrenti mill-Kunsill Lokali intimat li tista' titqies bhala c-cahda tal-jedd taghhom ghall-espressjonihielsa. Il-procedura mehuda kontra r-rikorrenti taht l-Att dwar l-Istampa ma kienx procediment awtomatiku mnissel biss ghax giet pubblikata l-ittra min-naha taghhom. Lanqas ma kienet effett awtomatiku ta' ksur tal-Kodici tal-Etika ghall-Kunsillieri Lokali, kif forsi jipprova jargumenta l-Kunsill Lokali intimat. Ir-raguni wahdanija ghaliex ittiehdu l-proceduri kontra r-rikorrenti kienet ghaliex,fl-ezercizzju tal-jedd taghhom li jesprimu rwiehhom u jikkomunikaw fehmiet u taghrif, ir-rikorrentiqabzu mil-limitu permess minn dak il-jedd u rrendew irwiehhom hatja li kisru jedd daqstant iehor siewi li jhaddan il-Kunsill Lokali intimat. Lanqas ma jista' jinghad li l-Kunsill Lokali intimat jahtighal xi ksur tal-jedd tar-rikorrenti ghar-raguni li beda l-procedura tal-libell, ghaliex il-Kunsillkien qieghed jezercita jedd (il-jedd ta' access ghal qorti imparzjali u indipendenti ghad-determinazzjoni dwar l-ezistenza ta' dritt jew obbligu civili) li jgawdi taht l-oghla ligi tal-pajjiz. Il-massima qui suo jure utitur neminem laedere videtur issib applikazzjoni f'dan ir-rigward.

Din il-Qorti tasal ghall-fehma li l-imgiba tal-Qrati li taw is-sentenzi li dwarhom jilmintaw ir-rikorrentiu l-istess sentenzi jaqghu sewwasew fil-limiti ta' ghamil jew formalitajiet maghmula skond l-awtorita' ta' ligi u mehtiega f'socjeta' demokratika. Fl-ewwel lok, kemm il-Qorti tal-ewwel grad u kif ukoll il-Qorti fi stadju tal-appell ghamlu riferenza specifika ghall-bilanc li jrid jinstab bejn id-dritt tal-espressjoni hielsa u l-jeddijiet ta' persuni individwali. Dan ghamluh ukoll b'riferenzi diretti ghal decizjonijiet awtorevoli fil-mertu. Dan juri wkoll li l-istess Qrati kienu konsapevoli tal-jeddijiet taz-zewg partijiet, u dan l-gharfien taghhom jitfa' dawl fuq x'wassalhom li jaslu ghad-decizjoni li fl-ahhar waslu ghaliha.

Minn dak li johrog mill-atti tal-kawza mibdija kontra r-rikorrenti, il-konkluzjoni li tinstilet minn dawk is-sentenzi m'hijiex attakk fuq il-jedd taghhom li jesprimu rwiehhom b'mod hieles, imma attakk kontra l-abbuz mill-jedd li kellhom a skapitu tal-jeddijiet tal-Kunsill Lokali intimat. Ghaldaqstant din il-Qorti tiddikjara li l-azzjoni tar-rikorrenti m'hijiex la wahda fiergha u lanqas vessatorja, pero' tichad it-talbiet tar-rikorrenti billi m'humiex misthoqqa fil-fatt u fid-dritt.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info