Reference: 1891/1997/1

Judgement Details


Date
13/10/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
PRIM MINISTRU DR ALFRED SANT vs PISANI GORDON
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LIBELL, ANIMUS INIURIANDI - LIBELL, LIBELL FAMUZ
Summary
Filwaqt li hu rikonoxxut li figura pubblika tista' tkun soggett ta' kritika, anke harxa, daqstant iehor hu rikonoxxut, taht il-profil sostanzjali, illi ma ghandux ikun hemm eccess tal-limiti ta' dak strettament necessarju ghas-sodisfaciment ta' l-interess pubbliku. In effetti, ma jidherx li qatt kienu tollerati attakki, jew gudizzji ta' disvalur, fuq l-unur u r-reputazzjoni anke ta' persuni pubblici, specjalment meta l-fatt rakkontat ikun bla bazi, impertinenti u 'l-boghod mill-korrettezza formali ta' l-esposizzjoni.

L-attur ma kellux jaghmel haga ohra biex isostni d-domanda tieghu hlief li jipprova li l-artikolu hu ingurjuz. Maghmula din il-prova huwa dmir tal-konvenuti li jikkonbattuha bil-mezzi permessi mil-ligi biex jevitaw il-konsegwenzi ta' l-agir taghhom. Mhux necessarju li jigi rintraccjat l-'animus injurandi' meta l-espressjonijiet adoperati huma fis-sens komunement uzati ingurjuzi u ghall-finijiet ta' ingurja huma bizzejjed li wiehed ikun jaf li dak li qieghed jigidivulgat jista' jaghmel hsara lir-reputazzjoni ta' haddiehor."




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info