Reference: 2125/1997/1

Judgement Details


Date
08/10/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
MIDDLE SEA INSURANCE COMPANY LTD ET vs PSAILA STUART
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, DIZABILITA` FIZIKA - DANNI, KAPACITA` LAVORATIVA - DANNI, META D-DANNEGGJAT ISIB XOGHOL AHJAR MILLI KELLU QABEL L-INCIDENT MINKEJJA D-DIZABILITA` LI JKUN SOFRA - DANNI, MULTIPLIER - DANNI, MULTIPLIER - WORKING LIFE EXPECTANCY GHANDU DEJJEM JITNAQQAS SABIEX JAGHMEL TAJJEB GHAC-C CHANGES AND CHANCES OF LIFE - DANNI, TNAQQIS GHAL LUMP SUM PAYMENT - KOLLIZJONI, DOVER TA` KULL SEWWIEQ LI JIRREGOLA S-SEWQAN TIEGHU SKOND IL-KONDIZZJONIJIET U C-CIRKOSTANZI LI JKUN JINSAB FIHOM - KOLLIZJONI, DOVERI TA` SEWWIEQ LI JKUN QED JOQROB LEJN LIWJA JEW KANTUNIERA - KOLLIZJONI, KARREGGJATA TIKKOMPRENDI BISS IL-PARTI ASFALTATA TAT-TRIQ
Summary
Huwa palesi li jigi osservat li meta jkun hemm karreggjata asfaltata, il-vetturi huma mistennija lijghaddu minn fuq din il-parti, u mhux minn fuq in-nahat fjankeggjanti li jkun jservi ta' bankini.

Meta sewwieq ikun qed jiffaccja liwja fit-triq is-sewwieq ghandu l-obbligu li jzomm sewwa fuq in-naha tieghu tat-triq u jekk hemm bzonn isuq fuq gear baxx, u anke jdoqq il-horn skond il-htiega.Barra minn hekk is-sewwieq apparti li jnaqqas il-velocita` jrid isuq b'tali manjiera li jkollu l-vettura il-hin kollu taht il-kontroll tieghu sabiex ikun jista' jevita l-perikoli li wiehed jista' jiltaqa' maghhom meta jaqbad liwja. Aktar ma tkun kbira l-kisra u aktar ma tkun ristretta l-vizwali tas-sewwieq, akbar ikun l-obbligu tieghu li jassigura li jista' jsuq minghajr perikolu ghat-traffiku lijkun gej mill-faccata.

Min ikun qed isuq, ghalkemm ma jghamilx dawk il-kalkoli matematici lihuma mehtiega biex fil-Qorti jigi apprezzat u gudikat il-kaz, ghandu pero' jkun jaf u jirrealizza li fis-sewqan awtomobilistiku d-distanzi u l-kollizzjonijiet huma kwistjoni ta' sekondi; u ghalhekkis-sewwieq ghandu jirregola l-ghemil tieghu fis-sewqan konfomament.

Il-ligi ma taghtix indenniz ghall-inkapacita' ut sic imma ghal inkapacita' in kwantu din tirrifletti telf ta' qligh - telf patrimonjali. Dan it-telf ta' qligh ghandu jikkomprendi wkoll il-potenzjal tal-vittma li jaqla' introitu fil-futur. Il-fatt li persuna dizabbilitata tkun qed tahdem wara l-incident, anke jekk qeda taqla' izjed minn qabel, ma jfissirx li hija ma setghetx issib opportunitajiet ahjar ta' xoghol kieku makorrietx. Id-dizabilita' necessarjament timplika nuqqas fil-persuna, fil-potenzjal taghha ghax-xoghol, mhux biss mal-employer prezenti izda wkoll ma terzi jew anke jekk tadhem ghal rasha. Konsegwentement il-gurisprudenza lokali stabbiliet li l-kriterju li ghandu jifforma l-bazi tal-multiplier, mhuwiex il-life expectancy tad-danneggjat, imma hija l-aspettativa lavorattiva tieghu li llum il-gurnata, hu rikonoxxut, tista', u probabbli tissupera, l-eta' pensjonabbli; minghajr pero' ma jigi injorat il-fattur l-iehor tac-chances and changes of life li jimponi certu elasticita' ta' kriterju stante li jirrendi l-pronuncjament tal-Qorti bhala wiehed ta' probabilita'. Ghalkemm fil-likwidazzjoni tal-kumpens il-Qorti ghandha timxi fuq kriterji kemm jista' jkun konkreti u mhux semplicement kongetturali, "huwa minnu li l-ezercizju tal-likwidazzjoni u ghoti ta' kumpens jiddependi minn estimi u pronostici li dwarhom hadd ma jista' jkun cert mija fil-mija sewwasew ghaliex wiehed irid jipprova jaqta' x' sejjer jigri jew x' jista' jkun probabbli li jsehh fil-gejjini".

Izda, rigward il-komputazzjoni tal-quantum ta' dan l-aspett tad-danni, jibqa' dejjem validu, fuq livell ta' principju li"din il-materja m'ghandhiex tkun soggetta ghal xi regola rigida, izda ghandha tithalla fid-diskrezzjoni tal-gudikant li jghamel estimu ekwitativ, fic-cirkostanzi tal-kaz, avut rigward ghan-natura tal-menomazzjoni fisika jew intelletwali u l-kondizzjoni tal-parti lesa, kriterji imsemmija fil-ligi stess; u jasal ghal ammont xieraq ghall-kaz b' apprezzament realistiku li jirrikoncilja z-zewg interessi konfliggenti billi lid-danneggjat jinghata il-kumpens li jisthoqqlu minghajr mad-debitur jigi aggravat izzejjed. L-aqwa kriterju jibqa' s-sens ta' proporzjon u ta' ekwita' tal-gudikant fic-cirkostanzi partikolari tal-kaz"

Fil-kalkolu tal-multiplier wiehed irid jiehu in konsiderazzjoni, mhux il-life expectancy tad-decujus, izda l-hajja lavorativa tieghu, in-natura u s-sahha tieghu - li tista' tvarja minn bniedem ghal bniedem minhahha dawk ic-cirkostanzi li jssejhu the chances and changes of life. Wiehed irid jezamina l-earning capacity tal-individwu, avut rigward tal-mard kif kontrobilanjat mill-istat ta' sahha tad-disgrazjat.. Illi ghalhekk il-multiplier m' ghandux ikun bazat fuq l-aspettattiva tal-hajja in generali tad-danneggjant, izda fuq l-aspettativa lavorativa tieghu ughandu jiehu in konsiderazzjoni tac-chances and changes of life. "The multiplier is not the product of precise calculation, but of estimantion in the light of the facts of the particular case and otother comparable cases." Izda l-bazi tal-multiplier ghandu jibqa' l-eta' tad-danneggjat dak in-nhartal-incident, u mhux fiz-zmien tal-likwidazzjon tad-danni mill-Qorti, ghar-raguni li l-Qorti ghandha tfittex li tqieghed lid-danneggjat kemm jista' jkun fl-istat li kien qabel l-incident.

Lump sum payment reduction - Ir-ratio ta' din ir-riduzzjoni hija l-pagament anticipat tal-kapital. Dan il-bazi legali jibda jiddghajjef progressivament mat-trapass taz-zmien bejn id-data ta' l-incidentu d-data tas-sentenza, fis-sens li aktar ma jkun twil dan il-perijodu, aktar tonqos ir-raguni ghaltali deduzzjoni. "Jekk xejn ghaliex it-trapass taz-zmien ma [ghandux] jmmilita favur il-persuna tenuta responsabbli ghall-incident kontra l-vittma li sofriet d-danni".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info