Referenza: 1359/2003

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/10/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CUSCHIERI NOEL
Partijiet
PILLON PATRICK NOE vs SMARTA NAVIGATION LTD (C29236)
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
CITAZZJONI, EBDA NULLITA` META D-DIKJARAZZJONI GURAMENTATA TINHALEF MINN PERSUNA LI MA TKUNX RESIDENTI F`MALTA JEW TA` CITTADINANZA MALTIJA
Fil-Qosor
Fl-Artikolu 180[1] il-Kap. 12 isemmi, fost il-persuni li jistghu jipprezentaw skritturi fil-Qorti, lil "wiehed mill-persuni imsemmija fis-sub-artikolu [2] ta' l-artikolu 181A fil-kaz ta' korp li jkollu personalita' guridika distinta, jew bhala agent jew rapprezentant ta' socjeta' ohra kostitwita skond il-ligi jew bhala prokuratur ta' persuni li jinsabu barra mill-Gzira ta' Malta jew ta' Ghawdex, li hija l-iskrittura tigi pprezentata". Ukoll l-Artikolu 181A [2] jiddisponi li kull dikjarrazzjonijew skrittura li ghandha tinhalef skond il-ligi ghandha, fil-kaz ta' korp li jkollu personalita' guridika distinta, tinhalef mill-persuna jew persuni li jkollhom ir-rapprezentanza guridika ta' dak il-korp. jew kull persuna ohra li tkun awtorizzata bil-miktub minn dak il-korp ghal dan l-iskop. Metal-persuni ndikati f' dan l-Artikolu ma jkunux jinsabu Malta jew ma jezistux, il-Qorti ghandha tahtarkuratur li jidher ghal dak il-korp skond ma hemm provdut fl-Artikolu 929[d].

Mill-premess ghandu johrog car li dak li trid il-ligi huwa li f' kaz ta' korp li ghandu personalita' distinta dan ikun debitament rapprezentat b' mandatarju f' Malta, u fin-nuqqas jinhatar kuratur ghal dan l-iskop.Ghalhekk dak li huwa essenzjalment mehtieg fil-mument tal-prezentata tac-citazzjoni huwa li s-socjeta' tkun debitament rapprezentata jew minn persuna awtorizzata li tkun fizikament prezenti f' Malta,jew minn kuratur nominat appozitu. Imkien ma hemm indikat, direttament jew indirettament, li r-rapprezentant tas-socejta' li jahlef id-dikjarazzjoni f' Malta ghandu bilfors jkun ta' nazzjonalita' maltija jew li ad validitatem jehtieg li hu jkun prezenti tul il-proceduri kollha. Kemm il-darba din is-socjeta' tkun debitament rapprezentata, anke permezz ta' mandatarju spejcali iehor jew permezz ta'kuraturi, il-vot tal-ligi ghandu jigi kkunsidrat sodisfatt. Ma jehtieg xejn izjed fit-termini tal-ligi, ghax ubi lex voluit lex dixit.

Ma jidher li mkien fil-ligi ma tinsab komminata espressament in-nullita' ta' l-att minhabba nullita' tal-prezentata, ghaliex id-difett tal-prezentata ma jistax jirrendi l-att nieqes minn partikolarita' sostanzjali preskritta mill-ligi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni