Reference: 13/2002/1

Judgement Details


Date
16/09/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
RAPA BROTHERS CO. LTD. (APPELLANT) vs CRANES AND COMMERCIAL SALES LTD. (APPELLAT)
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI, ESKLUZJONI TAL-ISTITUT TA` RESTITUTIO IN INTEGRUM - TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR, RITRATTAZZJONI
Summary
Ir-restitutio in integrum bhala istitut indipendenti ta' impunjazzjoni ta' sentenza definittiva gieabolit meta fis-sistema tal-ligi taghna gie organizzat l-istitut tar-ritrattazzjoni. Dak l-istitutkien applikat in bazi ghal dak li kien konsiderat il-"jus commune" taghna, cjoe, tad-Dritt Ruman kifmodifikat minn ligijiet u konswetudinijiet partikolari u nfluwenzat mid-Dritt Kanoniku.

Bis-sahha tal-Ordinanza IV ta' l-1854 gie introdott it-Titolu "Dalla Retrattazione di Sentenze" fejn gewspecifikati l-kazijiet li fihom biss is-sentenza li jkunu ghaddew f'gudikat setghu jigu ritrattatiu revokati. Titolu dan ulterjorment emendat bl-Ordinanzi XI ta' l-1859 u IX ta' l-1886. Minn dak iz-zmien 'l hawn ma jidherx illi qatt ir-rimedju tar-restituzzjoni kontra sentenza gie akkordat jew imqar tentat.

Bis-sahha tal-ligijiet il-godda r-rimedju tar-restituzzjoni kellu jitqies abolitbhala kuntrarju u nkonsistenti mar-rimedju tar-ritrattazzjoni. Intqal a propozitu "Del resto anqasjidher li jaghmel sens illi l-ligi mill-banda l-wahda tghid (kif jghid l-artikolu 816 (illum art. 813) tal-Kodici ta' Procedura) illi r-ritrattazzjoni ma tinghatax hlief ghal xi wahda mir-ragunijiet imsemmija fl-artikolu 814 (illum 811) u tistabilixxi z-zmien perentorju li fih ir-ritrattazzjoni tista' tintalab, u fl-istess hin, wiehed jippretendi mill-banda l-ohra illi b'dana kollu, sentenzi jistghu jigu revokati u l-kawzi ritrattati f'kazijiet ohra wkoll indeterminati meta suppost ikun hemm "gusta kawza" u bla regolament la ta' forma u l-anqas ta' zmien u dan b'rimedju iehor li, ghal kull effett u fini prattiku, m'hux hlief ritrattazzjoni b'isem iehor".

Jekk sentenza tinghata meta l-konvenut ma kienx gie notifikat bl-att tac-citazzjoni, r-rimedju tal-konvenut biex jimpunja dik is-sentenza mhuwiex dak li jitlob b'kawza ohra n-nullita` ta' dik is-sentenza, imma jew ir-rimedju ordinarju tal-appell, jew ir-ritrattazzjoni.

Precizati dawn l-aspetti guridici tat-tematika, huwaovvju mill-kontenut tal-avviz illi s-socjeta` appellanti ma adoperatx ir-rimedju tar-ritrattazzjoniizda ghazlet minflok azzjoni mhux kontemplata mil-ligi taghna u li certament tikkozza mal-enuncjazzjonijiet fuq esposti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info