Reference: 98/2002/1

Judgement Details


Date
16/09/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
HLB FALZON & FALZON (APPELLANTI) vs XUEREB JOSETTE (APPELLATI)
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SPEJJEZ GUDIZZJARJI, SPARTIZZJONI TA`
Summary
L-Artikolu 223 tal-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili jidher li jenuncja zewg regoli. Fl-ewwel subinciz tieghu jipprovdi li "kull sentenza definittiva ghandha tikkundanna lit-tellief ghall-ispejjez". Skond id-dispost tat-tielet subinciz "il-qorti tista' tordna li kull parti ghandha tbatil-ispejjez taghha, meta kull wahda mill-partijiet tkun it-telliefa f'xi punt tal-kawza, jew meta jindahlu kwestjonijiet difficli tal-ligi, inkella ghal xi raguni tajba ohra".

Jinsab ritenut illi "minn din id-disposizzjoni esplicita jirrizulta car u manifest li l-Qorti meta tittempera l-ispejjez ma tistax tmur aktar l'hemm milli tordna illi l-ispejjez ma jigux intaxxati; salvi eccezzjoni specjalissimi".

Huwa rikonoxxut pero` li jezistu kazijiet li fihom ma tkunx qed issir gustizzjamal-parti proceduralment sokkombenti jekk ma tigix b'danakollu mehlusa ghal kollox mill-ispejjez.Gie infatti enuncjat illi "l-imsemmija disposizzjonijiet tal-ligi taghna ma jidherx li kkonsidraw dawk ir-regoli bhala normi talment tassattivi u nflessibbli illi ma jippermettux f'certi kazijiet illil-parti proceduralment vincitrici tehel l-ispejjez kollha". B'ezemplari din is-sentenza ssemmi l-kaz fejn il-proceduri jsiru fl-interess esklussiv tal-attur u l-konvenut ma jkollu l-ebda nteress lijikkontesta u s-sokkombenza tieghu tkun wahda sempliciment formali. Hekk insibu a illi "jekk l-atturi jridu dikjarazzjoni mill-Qorti l-ligi ma tipprojbix illi l-Qorti tippresta l-ufficcju taghha biextaghti dik id-dikjarazzjoni pero` a spejjez ta' min jitlobha, jekk il-parti l-ohra ma tikkontestaxid-dikjarazzjoni". Ezemplari iehor hu dak fejn l-attur jitlob il-korrezzjoni tal-atti tal-istat civili. Anke hawn di norma l-ispejjez jigu sopportati mill-attur.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info