Referenza: 127/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/07/2004
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
IL-PULIZIJA vs ELLUL SULLIVAN SYDNEY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DAZJU, NUQQAS TA` HLAS TA` - DAZJU, ONERU TAL-PROVA TAL-HLAS TA` - DAZJU, RESPONSABILITA` VIKARJA GHAL NUQQAS TA` HLAS TA`
Fil-Qosor
A tenur tal-Artikolu 77 tal-Kap.37, meta fi procediment taht dak il-Kap tinqala kwistjoni dwar jekkid-dazju fuq oggetti partikolari kienx gie imhallas jew dwar minn fejn jew kif dawn l-oggetti gew akkwistati, l-prova ta' dan taqa' fuq l-imputat. Il-prova li l-prosekuzzjoni trid taghmel hi li ma jirrizultalhiex li thallas id-dazju. Minn hemm il-quddiem l-oneru tal-prova hu mixhut fuq l-imputat.

Jekk l-imputat isostni li d-dazju thallas, dan irid jipprovah hu. Dan japplika f'kull kaz, anke fejn il-ligi tirrikjedi x-xjenza. Hija dejjem il-Prosekuzzjoni li trid tipprova x-xjenza f'dawn il-kazijiet, izda jekk l-imputat jixtieq jallega xi difiza taht l-artikolu 77, il-prova jrid jfornihahu.

L-Interpretation Act tohloq prezunzjoni fil-konfront ta' diretturi w ufficjali ohra ta' socjeta' kummercjali li tkun hatja ta' reat, kemm il-darba ma jippruvawx li r-reat ikun sar minghajr it-taghrif taghhom u li jkunu ezercitaw id-diligenza kollha xierqa biex jevitaw l-eghmil tar-reat in kwistjoni.

Il-prova li trid issir hi li l-imputat kien jaf jew ma setax ma kienx jafli l-oggetti li jkunu gew f'idejh kienu tan-natura ta' dawk imsemmija fil-paragrafi tal-Kap.37. Mhuxkoncepibbli, fid-dawl tal-konseiderazzjonijeit fuq maghmula, li l-appellat ma kienx jaf x'kien ghaddej ezatt, meta kien hu li kien l-uniku direttur fil-kumpanijna u li fis-stragrandi parti tal-kazijiet kien hu li jipprezenta l-entries id-dwana. Hu bhala managing director kien direttament responsabbili ghat-tmexxija tal-kumpanija u ma setghax ma kienx jaf x'kien ghaddej.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni