Reference: 10/2003/1

Judgement Details


Date
08/07/2004
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
ELLUL SULLIVAN ANDREW ET vs L-AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, IMPARZJALITA` OGGETTIVA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, IMPARZJALITA` SOGGETTIVA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, LIMITI TA` GURISDIZZJONI TAL-QRATI B`KOMPETENZA KOSTITUZZJONALI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, PREZUNZJONI TAL-INNOCENZA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, RIKORS KOSTITUZZJONALI MA JISTAX ISERVI BHALA FORMA TA` APPELL MILL-QRATI ORDINARJI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, SMIEGH XIERAQ - PREZUNZJONI TA` L-INNOCENZA ELEMENT ESSENZJALI TA`
Summary
Il-garanziji minimi msemmija fl-artikoli 6 u 7 tal-Konvenzjoni ghad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem huma l-anqas garanziji li persuna mixlija b'reat kriminali ghandha x'tistenna li tinghata fil-procediment li tkun imdahhla fihom: inghad b'awtorita' mill-Qorti ta' Strasburgu li l-jedd ghal smighxieraq minn qorti indipendenti u imparzjali huwa wiehed miftuh, moghni bil-possibilita' li jigbor fih jeddijiet ohrajn li dak l-artikolu specifikatament ma jsemmix. Fost dawn, wiehed isib il-principju tal-prezunzjoni tal-innocenza.

Il-prezunzjoni tal-innocenza tfisser, fost l-ohrajn, li l-piz tal-prova jaqa' generalment fuq il-prosekuzzjoni. Madankollu, dan ma jfissirx li f'kull kaz il-piz tal-prova irid ikun biss fuq il-prosekuzzjoni. L-artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni u kif ukoll l-artikolu 39(5) tal-Kostituzzjoni taghna jaghrfu dan, f'tal-ahhar b'mod espress permezz ta' proviso. L-artikoli msemmija ma humiex kontra li xi ligi tistipula ghal prezunzjonijiet ta' fatt jew ta' drittli jahdmu kontra l-persuna mixlija. Izda huwa mistenni li l-Istat jillimita tali prezunzjonijiet b'mod ragonevoli li jiehu qies tas-siwi ta' dak li l-kaz jinvolvi u tal-jeddijiet tad-difiza xierqa.Fost tali prezunzjonijiet li tqiesu li ma jmorrux kontra l-imsemmija artikoli giet identifikata dikfejn direttur ta' kumpannija jitqies hati ta' offiza mwettqa mill-kumpannija li taghha huwa direttur.

Ir-rimedju kostituzzjonali ma jaghtix lok ghal ri-interpretazzjoni tal-ligi u tal-fatti lijkunu saru minn Qorti precedenti u li allegatament tkun kisret id-drittijiet tar-rikorrent.

Ghar-rigward tal-jedd ta' smigh xieraq minn qorti imparzjali, irid jigi iccarat li meta wiehed jigibiex iqis kif japplika l-artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni b'rabta mal-Qorti tal-Appell, iridu tabilforsjitqiesu l-fatturi processwali partikolari tal-kaz, b'mod illi biex wiehed jiddetermina jekk kienxhemm ksur tal-jedd ta' smigh xieraq, wiehed irid iqis il-process kollu kemm hu, maghduda maghhom l-imgiba tal-Qorti li tkun u kif ukoll ta' kif l-interessi tal-persuna mixlija kienu mressqa u mharsinmill-istess qorti.

Jidher li meta quddiem il-Qrati Maltin tqanqlet il-kwestjoni tal-parzjalita' ta' gudikant bhala okkazjoni ta' ksur ta' jedd ghal smigh xieraq, kellu jintwera ghas-sudisfazzjon ta' din il-Qorti li, fil-kaz partikolari, jehtieg jirrizultaw flimkien zewg kwalitajiet ta' parzjalita', jigifieri dik suggettiva u dik oggettiva. B'tal-ewwel, wiehed jifhem id-dispozizzjoni u konvinciment partikolari tal-gudikant li jkun, u, b'tat-tieni, jekk il-gudikant li jkun kienx jaghti garanziji bizzejjed li jnehhi kull dubju legittimu li l-konvinciment personali tieghu fil-kaz ma kienxwiehed suspett. Minhabba li tezisti l-presunzjoni li gudikant huwa imparzjali sakemm ma jintweriexmod iehor, min jallega l-parzjalita' ta' gudikant irid jipprova tali parzjalita' fil-fatt u mhux biss iqanqal dubju legittimu b'inferenza jew semplici bizgha.

Huwa stabilit ukoll li l-fatt wahdu li gudikant jigi msejjah jiddeciedi aktar minn darba wahda kawzi li jolqtu lill-istess persuna mnissilin minn "fatti" differenti, ma jgibx mieghu il-konsegwenza li, hekk kif jaqta' l-ewwel wahda minn tali kawzi, isir "pregudikat" dwar dik il-persuna fir-rigward tal-kawzi li jifdal. Dan jinghad sewwsew b'harsien tal-prezunzjoni fuq imsemmija tal-imparzjalita' tal-gudikant li "se presume jusqu'ala preuve du contraire". Min-naha l-ohra, ghal dak li jirrigwarda t-test oggettiv, wiehed irid jarajekk tirrizultax xi cirkostanza li tnissel fil-parti jew f'mohh il-pubbliku suspett legittimu dwarl-imparzjalita' tal-Qorti. Cirkostanza wahda, fil-qafas tal-process kollu, tista' tkun bizzejjed biex issejjes l-ilment tan-nuqqas ta' imparzjalita'.

M'huwiex bizzejjed li l-kriterju ta' imparzjalita' soggettiva jissemma bhala semplici suspett: jehtieg li jkun ippruvat kif imiss. Kulhadd jista' jidhollu suspett li l-gudikant li jkun ta sentenza li l-ezitu taghha ma jintghogobx minn xi parti, sata' ma kienx imparzjali. Imma dan m'huwiex bizzejjed biex iwassal ghas-sejbien ta' cirkostanza ta' imparzjalita' jew ta' smigh xieraq.

Biex kumment minn gudikant jitqies li juri xaqlibjew imparzjalita' li tikser il-jedd ta' smigh xieraq, jehtieg li jintwera li dak il-kumment ikun imur izjed 'il barra mil-limiti ta' apprezzament ghall-mertu li jkun jinsab quddiem dak il-gudikant. Ezempju li jista' jinghata ta' kumment jew rimarka parzjali censurabbli waqt smigh huwa dak fejn, irrispettivament mill-mertu li jkun qieghed jigi mistharreg, il-gudikant jghaddi rimarka li tolqot lill-parti dwar ir-razza, s-sess, it-twemmin jew il-fama taghha u li ma jkollhom x'jaqsmu xejn mal-mertu tal-kawza.

Meta gudikant ifisser il-fehma tieghu fil-kitba ta' sentenza jew provvediment lijkun qieghed jaghti, f'dak il-waqt huwa mistenni li jkun wasal ghal xi ghamla ta' konkluzjoni. Fil-mument meta qieghed jaghti s-sentenza huwa mistenni li juri grad ta' konvinzjoni li tkun il-frott ta' deliberazzjoni serena, konsiderazzjoni u studju li jipprecedu l-ghoti ta' dik is-sentenza jew ta'dak il-provvediment. Il-fatt li, mbaghad, is-sentenza tkun minsuga fuq dik il-fehma huwa l-espressjoni konsegwenzjali logika tal-konsistenza li sentenza trid tixhed li thaddan. Izda din il-konvinzjoni murija f'sentenza jew fi provvediment m'hijiex xhieda, wahedha, ta' pregudizzju jew ta' parzjalita' fil-gudikant.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info