Reference: 1/2000/1

Judgement Details


Date
14/07/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
VELLA ANTONIA ET (APPELLANTI) vs GRECH JOHN (APPELLATI)
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, ALTERAZZJONIJIET MINGHAJR IL-KUNSENS TAS-SID - LOKAZZJONI, ALTERAZZJONIJIET PERMISSIBBLI - LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI - LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI - FOND GHAL UZU KUMMERCJALI - LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI - HANUT LI JINTUZA BHALA SHOWROOM
Summary
Fi proceduri ghar-ripreza minhabba allegat tibdil ta' destinazzjoni kull kaz irid jigi kkunsidrat fil-fattispecji partikolari tieghu, u kif bosta drabi deciz, biex wiehed jara jekk l-allegazzjoni tat-tibdil fl-uzu tinsabx sostenuta trid tigi fl-ewwel lok stabbilita u provata d-destinazzjoni principali u preponderanti li ghalih il-fond ikun mikri. Dan huwa bil-wisq ovvju kif anke rifless minn certi disposizzjonijiet tal-Kodici Civili inerenti ghall-istitut tal-kuntratt tal-kiri.

Hekk l-Artikolu 1554 tal-imsemmi Kodici jipprovdi li l-kerrej kellu jinqeda bil-haga mikrija bhala missier tajjeb tal-familja u ghall-uzu miftiehem fil-kuntratt, jew jekk ma jkunx hemm ftehim fuq dan, ghall-uzu li jista' jigi prezunt mic-cirkostanzi.

Jissokta jigi precizat fl-Artikolu 1555(1) illi jekk il-kerrej jaghmel mill-haga mikrija uzu xort'ohra minn dak li ghalih hi qieghda, u cioe` ghal destinazzjoni differenti minn dik miftehma jew minn dik ta' l-uzu li seta' jigi prezunt mic-cirkostanzi,sid il-kera seta' jitlob il-hall tal-kuntratt.

Fil-kaz li l-kirja tkun fil-fazi tar-rilokazzjoni dan il-principju tal-ligi u tad-dritt koncess lis-sid huwa accentwat fl-Artikolu 9(a) tal-Kap69 fejn espressament jipprovdi ghas-sitwazzjoni tad-dritt tar-ripreza fejn l-inkwilin "ikun uza l-fond xort'ohra milli ghall-iskop li l-fond ikun gie lilu moghti b'kiri".

Huwa saput li mhux kull tibdil fl-uzu jimporta kambjament fid-destinazzjoni jew uzu divers kuntrarju ghall-kiri li jillegittima t-terminazzjoni. Hekk jinghad per ezempju illi meta si tratta ta' kambjament parzjali reintranti fil-genus tan-negozju formanti l-oggett tad-destinazzjoni dan ma jaghtix lok ghas-sanzjoni nvokata mis-sid.

Hawnhekk gie ritenut li l-fatt li l-kerrej immeljora l-fond u ghamel showroom gjadel resto uzat skond kif originarjament destinat, ghal bejgh ukoll minnu, ma giex b'daqshekk li ghamel uzu divers. It-tibdil jidher li kien zvilupp naturali ghall-iskop tal-immodernizzar tal-fond uxejn izjed. Mill-bqija l-uzu jidher li baqa' dak kostanti u cjoe ghal tiswijiet u bejgh. Kien ikundifferenti l-kaz kieku, kif manifest minn xi sentenzi, t-tibdil kien wiehed radikali. Ad exemplum,minn furnished flat sar ufficcju.

Ghalkemm tezisti differenza bejn hanut u showroom, "b'daqshekk ma jfisserx ukoll u necessarjament li mhux qieghed isir aktar negozju mill-fond. Showroom li tintuza biex turi l-prodott tal-bejjiegh fi triq ewlenija b'taghrif esplicitu fejn ix-xerrej prospettivghandu jirrikorri . . tinkwadra ruhha f'attivita` kummercjali".

Il-ligi li saret u qeghda fis-sehh biex taghti certa garanzija ta' sigurta` tal-kiri, ma tistghax tigi nterpretata b'mod li tipprovdi pretesti anke minn cirkostanzi zghar u innokwi ghas-sid biex il-kerrej jigi zgumbrat.

L-inazzjoni da parte tas-sid ghal tul ta' zmien, bil-konsapevolezza tat-tibdil li kien sar fl-uzu tal-fond tikkostitwixxi akkweixxenza jew ghall-anqas tolleranza.

Ghal dak li jirrigwarda tibdilstrutturali, huma permessi certi kambjamenti anke minghajr il-kunsens tas-sid purke jkunu parzjaliu mhux ta' importanza kbira, ma jbiddlux id-destinazzjoni tal-fond, ma jippregudikawx id-drittijiettas-sid u meta l-alterazzjonijiet ikunu necessarji jew utli ghad-dgawdija tal-post u jista' l-fond jigi ripristinat kif kien qabel meta tispicca l-lokazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info