Reference: 104/2002/1

Judgement Details


Date
14/07/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ATTARD GEORGE ET vs PORTELLI MARY JANE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AUDI ALTERAM PARTEM, KONDOTTA TAL-PROCESS - META KAWZA TIGI DIFFERITA MIL-LLUM GHALL-GHADA - TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR, AUDI ALTERAM PARTEM
Summary
Dan kien appell minn kawza quddiem it-Tribunal ghal Talbiet Zghar fejn il-konvenuta minkejja li kienet ipprezentat risposta ghat-talba attrici ma kienetx dehret ghall-ewwel seduta. Il-kawza giet differita ghall-ghada u giet deciza.

Il-Qorti ta' l-Appell irritjeniet li minkejja ma kien hemm xejn fil-Ligi li jipprojbixxi li jsir hekk, id-dritt ghal smiegh xieraq tal-konvenuta gie pregudikat billi l-kawza giet differita mil-llum ghall-ghada u b'hekk il-konvenuta ma kelliex bizzejjed zmien biex tirregola ruhha.

Huwa wkoll minnu illi "Gudikatur jirregola l-procedimenti quddiem it-Tribunal kif ikun jidhirlu xieraq skond id-dettami ta' gustizzja naturali". Il-Qorti proprju issoffermat fuq dan il-kliem tal-ligi biex tqajjem il-kwezit dwar kemm kien verament "xieraq" li t-Tribunal jirrimanda l-kawza mil-lum ghall-ghada. Jekk b'dan kien qed jigi sodisfatt il-vot ta' l-Artikolu 13 ta' l-Att, lill-Qorti, certament jippreokuppaha l-fatt illi s-sommarjeta` procedurali tiehu s-sopravvent fuq id-dritt fundamentali tas-smiegh xieraq, u bi skapitu tieghu. Ma jidherx li dan kien l-intendiment tal-legislatur ghallanqas fejn jokkorru kazijiet li jispjegaw l-assenza tal-parti konvenutali tidher fil-proceduri. F'dawn il-kazijiet mhux bizzejjed li wiehed jikkontenta ruhu bl-invokazzjoni "summum ius, summa iniuria". Il-Qorti ghandha d-dover tassigura illi fejn jokkorri l-ligijiet ghandhom iservu wkoll biex jaghtu u jassiguraw l-opportunita` shiha lill-parti citata biex issemma lehinha u tiddefendi ruhha. U allura, kif drabi ohra ntqal, anke meta kien isaltan b'aktar qawwa l-formalizmu u r-rigorizmu, wiehed irid ihares "lejn dak li hu skond il-haqq u s-sewwa, lejn il-gustizzjasostanzjali, xi drabi wkoll, fejn jinhtieg, immoderata mill-principju ta' l-ekwita` li wisq tajjebgiet imfissra bhala "la giustizia del dato caso".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info