Referenza: 284/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/05/2001
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
VELLA PATRICK
Partijiet
IL-PULIZIJA vs GALEA KEVIN, MIZZI MARCEL, MICALLEF HUBERT, FARRUGIA MARCO
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACTUS REUS - INTENZJONI KRIMINUZA - MENS REA
Fil-Qosor
Gja' la darba huwa necessarju li sabiex ikun hemm dan id-delitt, bhal kull delitt iehor, mhux bizzejjed li jigi pruvat l-element materjali biss, izda l-prosekuzzjoni trid tipprova, lil hin minn kull dubju ragjonevoli, li kien jezisti fl-istess hin li qed isir l-att materjali, l-element tal-mens rea,l-element formali, il-Qorti trid tara jekk in bazi tal-provi li l-ewwel Qorti kellha quddiemha u liapprezzat, setghetx legittimament u ragjonevolment tasal ukoll ghall-konkluzjoni li t-tlett appellanti, jew min minnhom anke separatament, intenzjonalment jew volontarjament ghamlu dak l-att materjali li wassal ghar-reat jew reati in kwistjoni, jew jekk fizikament ma ghamluhx huma, ghall-anqas setghux mic-cirkostanzi ragjonevolment ikunu jafu li qed issir dik l-attivita' fil-hanut in kwistjoni lijappartjeni ghas-socjeta' li huma d-diretturi taghha, u, b'dan kollu, ghalkemm kienu konsapevoli ta'dan, jew setghu ragjonevolment ikunu konsapevoli ta' dan, ma ghamlu xejn sabiex jwaqqfu dik l-attivita'.

Fi ftit kliem, din il-Qorti trid tara jekk mill-apprezzament tal-provi li taghmel hi,liema ezercizzju ma taghmlux sabiex tissostitwixxi dak li ghamlet l-ewwel Qorti, in bazi ta'dawk il-provi, setghetx l-ewwel Qorti ragjonevolment u legalment tasal sabiex tikkonkludi li t-tlett appellanti, jew min minnhom, kellu din il-konsapevolezza, din l-intenzjoni kriminuza tant rikjesta, appartil-aspett materjali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni