Referenza: 2/2003/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/07/2004
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
MINTOFF ANTHONY vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AUDI ALTERAM PARTEM, NUQQAS DA PARTI TA` MIN IQAJJEM L-ILMENT - DEZERZJONI, KONSEGWENZI TA` - KANCELLAMENT TA` KAWZA, KONSEGWENZI TA` - VERBAL, REGISTRAZZJONI TA` KWISTJONIJIET IMPORTANTI
Fil-Qosor
Il-minuti ta' kawza ghandhom jitqiesu li jirriflettu dak li gara fis-seduta, u f'kaz li Qorti tirrifjuta li tirregistra xi ilment jew oppozizzjoni ta' parti, dik il-parti ghandha tirregistra dak l-ilment jew oppozizzjoni f'nota jew rikors li tigi prezentata fl-atti; fin-nuqqas li jsir dan, dak li jirrizulta mill-verbal ghandu jitqies li jirrifletti dak li gara waqt is-seduta.

L-atti tal-Qorti ghandhom jittiehdu dejjem li saru sewwa, u hu biss f'kaz ta' ambigwita' f'dak li hemm registrat,li Qorti tista' tisma sottomissjonijiet orali dwar x'ried jigi mfisser bil-verbal registrat.

Parti ma tistax l-ewwel ma tosservax ir-regoli ta' procedura u wara tilmenta li d-dritt taghha ghas-smigh xieraq gie miksur.

L-effett ta' kawza kancellata mhux riappuntata huwa l-istess bhal meta kawza titqies dezerta skont l-artikolu 965 tal-Kap 12, u, a tenur ta' l-artikolu 963(6) tal-istess Kap 12, "Bid-dizerzjoni ta' kawza fil-Qorti tal-ewwel grad il-procediment jispicca, izda ma jispiccax il-jedd ghall-azzjoni". Huwa biss il-gudikant li zzomm it-trattazzjoni ta' kawza determinata f'gudizzju separat, izda d-dezerzzjoni, salv ir-responsabilita' ghall-ispejjez, ma zzommx lill-istessparti li fethet l-ewwel kawza li tiftah proceduri godda fuq l-istess meritu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni