Reference: 1620/1993/1

Judgement Details


Date
30/06/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
CASSAR NUTAR DR. HERBERT ET vs TURNER ALICE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ENFITEWSI, DRITT TAS-SUB-UTILISTA LI JIKKONVERTI SUB-ENFITEWSI TEMPORANEA F`WAHDA PERPETWA TAHT IL-KAP. 158
Summary
Il-Kap. 158 tal-Ligijiet ta' Malta jiddisponi s-segwenti:

12(4) "Meta taghlaq enfitewsi temporanja ta' dar ta' abitazzjoni okkupata minn cittadin ta' Malta bhala residenza ordinarja tieghu fizmien dak l-gheluq, li ma tkunx enfitewsi msemmija fil-paragrafi (a) u (b) tas-subartikolu (2) ta' dan l-artikolu, [i.e. enfitewsi maghmula ghal aktar minn tletin sena u li tkun saret qabel il-21 ta'Gunju 1979) l-enfitewta jkollu l-jedd jikkonverti l-enfitewsi f'wahda perpetwa taht l-istess kundizzjonijiet ta' enfitewsi temporanja barra minn dawk li jkunu jirreferu ghaz-zmien u ghac-cens."

"12(5) Jekk l-enfitewta ma jezercitax il-jedd moghti lilu bis-subartikolu (4) ta' dan l-Artikolu fi zmien sitt xhur mid-data li dak il-jedd ikun ezercitabbli, dak il-jedd ghandu, bil-modifiki mehtiega, jghaddi ghand min ikun qed jokkupa d-dar li jkollu jedd jitlob, bl-eskluzjoni ta' l-enfitewta, li d-dar ta' abitazzjoni tinghata lilu mill-proprjetarju b'enfitewsi perpetwa taht l-istess kundizzjonijiet li kienu jigu applikati kieku l-enfitewta kien ikkonverta l-enfitewsi f'wahda perpetwa."

Is-subartikolu (9) ta' l-Artikolu 12 ta' l-Ordinanza originarjament kien jaqra hekk:

"Ghall-fini ta' dan l-artikolu, enfitewsi tfisser l-enfitewsi originali, izda jekk meta jaghlaq dak l-enfitewsi, id-dar ta' abitazzjoni tkun mizmum b'sub-enfitewsi d-drittijiet moghtija b'dan l-artikolu lill-enfitewta jkunu jistghu jigu ezercitati mill-ahhar subenfitewta..."

Dan is-subartikolu kien intiz sabiex ma jigux imtiefsa d-drittijiet tad-direttarju fid-dekorrenza tal-koncessjoni originarjament koncessa minnu izda biss fil-mument meta dik il-koncessjoni tigi terminata u dejjem jekk il-fond ikun okkupat minn subenfitewta jew okkupant iehor. B'hekk il-ligi riedet li tinholoq relazzjonidiretta bejn is-sid u s-subenfitewta jew okkupant ad eskluzjoni ta' sub-enfitewta iehor li jkun ittrasferixxa l-utili dominju fil-mori tal-koncessjoni lilu maghmula.

Fl-1986 is-subartikolu (9)gie emendat billi gie introdott paragrafu (a) gdid li jghid specifikatament li "For the purposes ofthis section in respect of any emphyteusis mentioned in paragraphs (a) or (b) of subsection (2) ofthis section, emphyteusis includes a sub-emphyteusis." Filwaqt li dak li originarjament kien jikkostitwixxi s-subartikolu (9) issa gie ndikat bhala paragrafu (b) ta' l-istess subartikolu b'dana li giet introdotta distinzjoni preciza billi dan issa gie jaqra hekk: "in respect of any other emphyteusis, emphyteusis means the original emphyteusis,." Ghalhekk insibu li l-ligi riedet taghmel distinzjoni netta bejn il-kazi kontemplati fis-subartikolu (2) (a) u (b) u cioe` ghal dawk il-koncessjonijiet li jkunu ghall-anqas minn 30 sena jew saru wara l-21 ta' Gunju, 1979, u ghal dawk il-koncessjonijiet l-ohra kollha li ma jaqghux taht l-imsemmija provvedimenti tas-subartikolu (2).

B'din l-emenda ghalhekk jidher li l-legislatur li filwaqt li rrikonoxxa d-dritt li jibqghu jokkupaw fond b'titolu ta' subenfitewsi perpetwa fit-terminazzjoni tas-subenfitewsi temporanja, dawk is-subenfitewti jew okkupanti ta' fond li jkunu dderivaw it-titolu taghhom minghand subenfitewta iehor, anke waqt id-dekorrenza tal-koncessjoni originali, l-istess legislatur ried li fil-kazi mhux kontemplati fil-paragrafi (a) u (b) tas-subinciz (2) ta' l-Artikolu 12, dan id-dritt jinghata biss meta l-koncessjoni originali tiskadi.

Hawnhekk l-enfitewsi originali kienet wahda perpetwa u allura ma setghetx tiskadi. B'hekk il-Qorti cahdet it-talbiet attrici ghall-konverzjoni tas-sub-utile dominju temporaneu f`wiehed perpetwu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info