Reference: 655/2001/1

Judgement Details


Date
30/06/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
XUEREB ANTHONY ET vs CARUANA NOEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, LOSS OF USE - DANNI, OBBLIGU TAD-DANNEGGJAT LI JIMMINIMIZZA D-DANNI - KOLLIZJONI, SORPASS F` INKROCJU TAT-TOROQ
Summary
Din kienet kawza dwar kollizjoni li sehhet bejn vettura (dik ta' l-attur) li kienet qed taghmel sorpass vicin road junction filwaqt li l-vettura sorpassata (dik tal-konvenut) kienet qed tittanta tidhol fit-triq laterali fuq il-lemin taghha.

Il-Qorti irriteniet li z-zewg sewwieq kienu responsabbli ghall-incident. Il-konvenut fi grad ta' 2/3 billi meta ghamel il-manuvra ma vverifikax sew jekkkienx hemm vetturi qed jipprovaw jaqbzuh, filwaqt li l-attur 1/3 billi ghamel sorpass f'posizzjoniperikoluza u fejn kellu jobsor li l-konvenut seta' jaghmel il-manuvra li fil-fatt ghamel.

F'materja ta' danni fil-kollizzjonijiet stradali, li tikkonferixxi lid-danneggjat id-dritt tar-resitutio in integrum b' mod li jirreintegra l-patrimonju tieghu minn kull konsegwenza ekonomika tal-eventdannuz.

Huwa minnu li di regola d-danneggjat ghandu d-dover li jaghmel dak kollu li hu ragjonevoli biex inaqqas il-hsara konsegwenti ghall-fatt illecitu b' mod li jigi eskluz fil-kazijiet kongruwi, mir-risarciment ta' dik il-parti tad-danni dovuta ghan-nuqqas tieghu li jiehu dawk il-passi. Jibqa' pero' dejjem il-fatt illi huwa ma huwiex obbligat jitghabba b' pizijiet biex inaqqas il-hsara.

Hawnhekk il-Qorti akkordat danni inter alia ghal loss of use billi s-socjeta` assiguratricital-konvenut kienet responsabbli ghad-dewmien fit-tiswija tal-vettura ta' l-attur.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info