Reference: 1932/1999/1

Judgement Details


Date
03/06/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
DARMANIN JOSEPHINE vs CAMILLERI JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO CONFESSORIA, DEFINIZZJONI TA` - ACTIO CONFESSORIA, KONTRA MIN GHANDHA TIGI ISTITWITA - ACTIO CONFESSORIA, ONERU TAL-PROVA - PERMESS GHALL-IZVILUPP, DEJJEM JINHAREG SAVING THIRD PARTY RIGHTS - SERVITU`, NE LUMINIBUS OFFICIATUR - SERVITU`, SERVITUS LUMINUM - SERVITU`, TIEQA F`HAJT DIVIZORJU
Summary
L-ghan ewlieni tal-azzjoni konfessorja huwa dak li permezz taghha s-sid ta' fond li jgawdi servitu'fuq fond iehor jitlob dikjarazzjoni mill-Qorti li l-gid tieghu igawdi dik is-servitu' li s-sid tal-post l-iehor, b'ghamil jew b'fatt iehor, ikun qieghed ixekklu jew inehhih mit-tgawdija taghha. Dinl-azzjoni - bhall-azzjoni negatorja - tmiss lil sid il-fond u trid issir biss kontra s-sid tal-fondserventi bhala l-persuna li ghandha interess legittimu li timpunja l-ezistenza tas-servitu' pretiza;

Ghall-kuntrarju ta' dak li hu mistenni fl-azzjoni negatorja, l-attur fl-azzjoni konfessorjajrid ghalhekk juri mhux biss li huwa s-sid tal-fond dominanti, imma wkoll li tassew li dak il-fond igawdi s-servitu' pretiza fuq il-fond serventi;

Is-servitus luminum hija servitu` li biha s-sid tal-fond dominanti jinghata l-jedd li jhalli tieqa miftuha fil-hajt li jaqsam gidu minn dak ta' hdejh biex b'hekk ikun jista' jiehu d-dawl ghal gol-post tieghu. Tali servitu' hija differenti mis-servitu' ne luminibus officiatur li, bis-sahha taghha, s-sid tal-fond serventi jinzamm milli jtella' bini jew kostruzzjoni fil-gid tieghu li bih jista' jnaqqas il-moghdija tad-dawl ghal gol-fond dominanti. Din is-servitu' hija meqjusa bhala wahda ta' grad oghla mis-servitu' luminum fis-sens li biha s-sid ta' fond serventi jinzamm milli jtella' bini fil-gid tieghu stess li bis-sahha tieghu jista' b'xi mod inaqqas id-dhul tad-dawl fil-fond dominanti. Huwa mghallem u accettat ukoll li filwaqt li fil-kaz tas-servitu' luminum il-jedd tas-sid tal-fond dominanti huwa estiz ghall-fond ta' hdejh biss,fil-kaz tas-servitu' ne luminibus officiatur tali jedd jestendi wkoll ghal kull bini iehor fil-qribtal-fond dominanti. Fil-kaz tas-servitu' luminum, huwa moghti lis-sid tal-fond serventi li jtella'bini fil-gid tieghu, imbasta jhalli wisgha bizzejjed biex il-fond dominanti jkun jista' jibqa' jiehu d-dawl;

Ladarba l-azzjoni konfessorja tista' titressaq biss kontra s-sid tal-fond serventihuwa inutili ghall-konvenut li jsejjah fil-kawza l-awturi tieghu, ghaliex dak li jghodd huwa min kien is-sid tal-fond serventi fiz-zmien tal-azzjoni.

L-ebda permess moghti minn awtorita' kompetenti ma tkun bi hsara ghall-jeddijiet privati ta' terzi;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info