Reference: 2324/1999/1

Judgement Details


Date
10/06/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
AXIAQ PAUL ET vs CAMILLERI ROCCO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO DAMNO TEMUTO, AZZJONI POSSESSORJA - ACTIO DAMNO TEMUTO, ELEMENTI TA`
Summary
L-azzjoni hija maghrufa bhala novi operis nuntiatio hija kontemplata fl-artikolu 538 tal-Kodici Civili.

Dan l-artikolu jipprovdi li meta persuna jkollha ragun tibza' li xoghol gdid mibdi minn xihadd fi hwejgu jew fi hwejjeg haddiehor sejjer igib hsara f'gid immobbli li jkun fil-pussess ta' dik il-persuna, tista' ssir talba biex dawk ix-xoghlijiet jinzammu u jitwaqqfu. B'mod karatteristikuli japplika fl-azzjonijiet pussessorji, il-ligi tghid li l-Qorti tisma' l-fatti fil-qosor;

Biex din l-azzjoni tirnexxi irid jintwera li: fl-ewwel lok, irid ikun hemm xoghol gdid li jkun inbeda, billi m'huwiex bizzejjed li x-xoghol li minnu hemm ilment ikun ghadu mahsub li jsir; fit-tieni lok, huwa mehtieg li dak ix-xoghol gdid ikun gab hsara fis-sens guridiku u legali, u li l-hsara tkun sejra tigri jew tiggarrab tassew, u mhux biss b'mod ipotetiku, minn min jiftah il-kawza; fit-tielet lok, il-hsara li ssehh trid tkun il-konsegwenza ta' fatt illecitu jew projbit mil-ligi; fir-raba' lok,li x-xoghol gdid ma jkunx ghadu ntemm; u, fil-hames lok, li x-xoghlijiet ma jkunx ilhom izjed minnsena li nbdew;

Il-ligi tahseb ukoll f'zewg sitwazzjonijiet. Il-Qorti tista' taghzel li tordna jew li zzomm milli jitkompla x-xoghol jew li thallih jitkompla. Fiz-zewg kazi, l-Qorti tista' tordna l-ghoti ta' garanzija. Fl-ewwel kaz, il-garanzija tkun ghall-hlas tad-danni li l-persuna li tkun twaqqfet milli tissokta x-xoghlijiet tista' ggarrab minhabba li t-talba ma tkunx saret ghal raguni tajba. Fil-kaz li x-xoghol jithalla jissokta, l-garanzija trid taghmel tajjeb ghall-hatt tax-xoghol kollu jew bicca minnu u ghall-hlas tad-danni li jkun garrab min fetah il-kawza fil-kaz li tinghata sentenza definittiva favurih;

Dan juri li l-provvediment li tkun tat il-Qorti biex tordna li x-xoghol jinzamm jew jithalla jitkompla ghandu min-natura ta' provvediment kawtelatorju jew temporanju sakemm il-kwestjoni tigi definita kif imiss b'sentenza ahharija, dejjem fl-ambitu ta' stharrigta' indoli possessorju. Ladarba din l-azzjoni specjali tinsab imqeghda mal-azzjonijiet possessorji,ikun bizzejjed li min jibza' li sejra ssir hsara bix-xoghlijiet il-godda ikun jippossiedi l-bini limagenbu jkunu qeghdin isiru l-imsemmija xoghlijiet, u ma jidhirx li hemm ghalfejn ikun ukoll sid dak il-bini;

L-azzjoni ta' denunzja ta' xoghlijiet godda hija mahsuba ghall-harsien tat-tgawdija tal-pussess tal-haga u ma ssirx azzjoni petitorja bis-semplici fatt li min jibdiha jkun sid il-bini li hemm il-bizgha li jgarrab hsara minhabba x-xoghlijiet il-godda li jkunu nbdew. Il-hsara li, minhabba x-xoghlijiet il-godda, persuna bir-ragun tibza' li sejjer igarrab bini taghha m'ghandhiex tigi mifhuma biss bhala hsara materjali li tolqot negattivament il-valur u s-sura tal-bini nnifsu, immatghodd ukoll ghal kull pregudizzju marbut mal-uzu jew mat-tgawdija tal-istess bini. Fuq kollox, azzjoni bhal din tista' titressaq mhux biss meta x-xoghlijiet il-godda jkunu abbuzivi jew illegali, izda wkoll meta tali xoghlijiet ikunu legali jew legittimi imma li joholqu hsara minnufih jew fil-gejjieni fil-bini tal-attur, billi f'azzjoni bhal din jehtieg li jigi accertat li bil-bini l-gdid il-gidtal-attur m'huwiex probabbli li jgarrab hsara;

Huwa meqjus li l-azzjoni novi operis nuntiatio hija maghmula minn zewg fazijiet: l-ewwel wahda hija dik fejn il-Qorti taghti provvedimenti ta' ghamla provvizorja; filwaqt li, wara stharrig sommarju, tghaddi ghat-tieni fazi li tqis il-kwestjonifil-mertu. Il-ligi ma teskludix li dawn iz-zewg fazijiet ikunu jaghmlu parti mill-istess gudizzjufl-istess kawza;

Biex isir apprezzament xieraq tal-aspetti ewlenin tal-azzjoni taht ezami,jidher li huwa mehtieg li wiehed jifhem li l-qofol ta' azzjoni bhal din huwa l-element tal-bizgha bir-ragun tal-parti attrici. Mill-kwalifika maghmula fil-ligi nfisha, ghalhekk, mhux kull bizgha li jista' jkollha persuna tkun bizzejjed biex issejjes azzjoni bhal din. Tali bizgha trid tkun wisq izjed minn semplici tehbir il-qalb jew suspett: izda ma jidhirx li, min-naha l-ohra, trid tkun tikkostitwixxi gharfien assolut ta' hsara li sejra tigri. L-element tal-bizgha dejjem u tabilfors jimplikafih innifsu xi ghamla ta' incertezza, u ghalhekk wiehed jaghmel hazin jitkellem f'termini ta' assolutezza, u dan kemm dwar min hu suggett ghall-bizgha u kif ukoll dwar min jaghti lok ghaliha;

L-element tal-bizgha "bir-ragun" huwa element kostitutiv li jaghti l-interess lil parti li tmexxi 'lquddiem azzjoni bhal din. Fi kliem il-ligi, mbaghad, tali bizgha trid tkun marbuta mal-hsara li jista' jgarrab il-bini tal-istess parti attrici minhabba x-xoghlijiet. Ghalhekk, ladarba kif inghad izjed 'il fuq, l-aspett tal-legalita' jew l-illicejita' tal-bini l-gdid m'hijiex rilevanti jekk kemm-il darba jigi muri li tista' ssir hsara lill-bini tal-parti attrici, il-kwestjoni ta' jekk tali binikienx kopert jew le b'permess ma jidhirx li zzid jew tnaqqas il-kejl tar-ragonevolezza tal-bizgha tal-attur bhala element kostitutiv tal-azzjoni bhal din;

Tinsorgi diffikulta' legali dwar jekktali bizgha "bir-ragun" tibqax bizzejjed jekk kemm-il darba, fl-accertamenti tal-provi fil-mertu, lill-Qorti jirrizultalha li tali bizgha ma kienx fondat. Fi kliem iehor, jekk tali bizgha huwa element kostitutiv tal-azzjoni novi operis nuntiatio ghall-bidu taghha, jibqa' jghodd ghas-siwi tad-determinazzjoni tal-azzjoni fil-mertu jekk il-fatti juru li tali bizgha ta' hsara m'ghandux jezisti? Filwaqt li l-element ta' bizgha "bir-ragun" huwa mehtieg biex jaghti lok ghall-azzjoni, dan il-fatt accertat m'ghandux jorbot idejn il-Qorti biex tiddisponi mill-mertu tal-azzjoni bilfors favur l-attur,jekk, wara l-fazi tal-provvedimenti provvizorji tal-azzjoni, jirrizultaw fatti li juru li dak il-bizgha ma kienx mibni fuq rejalta' fattwali;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info