Reference: 72/2004

Judgement Details


Date
11/06/2004
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
SCICLUNA DAVID
Parties
IL-PULIZIJA vs VELLA CHARMAINE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
QORTI TAL-MAGISTRATI BHALA QORTI ISTRUTTORJA, GURISDIZZJONI TA` - QORTI TAL-MAGISTRATI BHALA QORTI TA` GUDIKATURA KRIMINALI, GURISDIZZJONI TA`
Summary
L-artikolu li jiddetermina l-kompetenza tal-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti ta' Gudikatura Kriminali huwa l-artikolu 370. Skond is-subartikolu (6) ta' dan l-artikolu - li gie mizjud bis-sahha tal-paragrafu (b) ta' l-artikolu 81 ta' l-Att III tas-sena 2002 - dik il-Qorti "hija wkoll kompetenti li taghti s-sentenza lill-akkuzat fic-cirkostanzi u kif provdut fl-artikolu 392A". Jekk ma jirrizultawx ic-cirkostanzi stabbiliti fl-artikolu 392A mela, il-Qorti tal-Magistrati, salv dak li hemm provdut fis-subartikoli precedenti ta' l-artikolu 370, ma tistax tghaddi ghas-sentenza.

L-artikolu 392Atal-Kodici Kriminali gie mizjud permezz ta' l-artikolu 85 ta' l-Att III ta' l-2002.

"392A(1)Jekk l-akkuzat, bi twegiba ghall-mistoqsija fl-artikolu 392(1)(b), jistqarr li hu hati tar-reat libih ikun akkuzat u l-imsemmi reat ikun suggett ghal piena ta' mhux aktar minn ghaxar snin prigunerija, id-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 453(1) ghandhom mutatis mutandis japplikaw bla hsara gahd-disposizzjonjiet li gejjin ta' dan l-artikolu."

Bir-riferenza li qed issir f'dan l-ewwel subartikolu ghall-artikolu 392(1)(b), huwa evidenti li l-istadju li ghalih dan l-artikolu jirreferi huwa l-istadju ta' l-interrogatorju, ossia l-istadju ta' l-ezami, bla gurament, li jsir lill-imputat fil-bidu tal-kompilazzjoni wara li tkun semghet lill-ufficjal prosekutur iwettaq ir-rapport bil-gurament.L-ezami jikkonsisti filli l-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti Istruttorja ssaqsi lill-imputat il-generalitajiet tieghu (skond l-artikolu 392(1)(a)) imbaghad (salv dak li jipprovdi s-subartikolu (4) ta'l-artikolu 370) issaqsieh jekk iridx u xi jrid iwiegeb ghall-akkuza (skond l-artikolu 392(1)(b)). Jekk l-imputat iwiegeb li hu hati, u r-reat ikun suggett ghal piena ta' mhux aktar minn ghaxar snin prigunerija, dik il-Qorti ghandha twissieh b'mod l-aktar solenni fuq il-konsegwenzi legali ta' dik it-twegiba, u taghtih ftit taz-zmien biex jerga' lura minnha (skond l-artikolu 453(1)). Jekk l-imputatjibqa' jtenni fit-twegiba tieghu, il-Qorti Istruttorja tittrasforma ruhha f'Qorti ta' Gudikatura Kriminali u taghti s-sentenza skond is-subartikolu (2) ta' l-artikolu 392A:

"392A(2) Bla hsaraghad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) u minkejja kull disposizzjoni ohra ta' dan il-Kodici jewta' kull ligi ohra, jekk l-akkuzat jibqa' jtenni fit-twegiba tieghu li hu hati tar-reat li bih ikunakkuzat il-Qorti bhala qorti ta' gudikatura kriminali ghandha tghaddi 'l quddiem biex taghti lill-akkuzat dik is-sentenza li ghandha tinghata skond il-ligi kontra akkuzat li jinsab hati tar-reat u tordna li l-atti, flimkien ma' kopja tas-sentenza, jigu mibghuta lill-Avukat Generali fi zmien sitt ijiem tax-xoghol."

Din il-procedura tippermetti wkoll l-applikazzjoni ta' l-artikolu 453A tal-Kodici Kriminali - introdott bl-artikolu 108 ta' l-Att III ta' l-2002 - li permezz tieghu l-partijietjistghu jitolbu lill-Qorti (qabel ma ssir il-mistoqsija lill-imputat skond l-artikolu 392(1)(b)) lifil-kaz li jkun hemm ammissjoni ta' htija, hija tapplika sanzjoni jew mizura jew, meta jkun hekk provdut bil-ligi, kombinazzjoni ta' sanzjonijiet jew mizuri, tax-xorta u l-kwantita` miftehma bejniethom u li dwarhom l-imputat ikun jista' jinghata sentenza meta jinsab hati ghar-reat jew ir-reati li jigi akkuzat bihom. Is-subartikolu (5) ta' l-artikolu 392A fil-fatt jipprovdi:

"392A(5) Id-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 453A ghandhom japplikaw mutatis mutandis qabel ma l-akkuzat iwiegeb ghall-mistoqsija fl-artikolu 392(1)(b) izda ghandu, ghal dak l-iskop, jidher l-Avukat Generali ghall-prosekuzzjoni, u nota li ssir mill-Avukat Generali u l-imputat flimkien, u li jkun fiha l-ftehim milhuq kif provdut fl-artikolu 453A imsemmi, tkun bizzejjed ghal dan il-ghan."

Wara li jkun ghadda l-istadju tal-interrogatorju il-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti Istruttorja m'ghandhiex il-kompetenza li taghti sentenzi - din hija l-kompetenza tal-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti ta' GudikaturaKriminali kif jirrizulta car mill-artikoli 370 u 377 tal-Kodici Kriminali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info