Reference: 234/1987/1

Judgement Details


Date
22/06/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCICLUNA DAVID
Parties
BORG JOHN vs PACE JOSEPH ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH, DIFETT MOHBI - BEJGH, DIFETT MOHBI RIMEDJU DISPONIBBLI - BEJGH, KWALITA` PATTUWITA RIMEDJU DISPONIBBLI - BEJGH, MERKANZIJA MHUX MERKANTILI - BEJGH, MHUX TAL-KWALITA` PATTUWITA - BEJGH, TALBA GHAD-DANNI MINHABBA INADEMPJENZA - CITAZZJONI, KAWZALI TA` - CITAZZJONI, PIZ TAL-PROVA TA` ALLEGAZZJONI - PROVA, GRAD TA` - PROVA, PIZ TA` - SENTENZA, EXTRA PETITA
Summary
Il-kawzali tac-citazzjoni hija dik li hemm espressa fic-citazzjoni u ma tistax tinbidel. Jekk imbaghad il-Qorti tiddeciedi fuq kawzali diversa, id-decizjoni taghha tkun extra petita. Il-Qorti ghandhatoqghod ghat-termini tad-domanda jew domandi; u s-sentenza ghandha tkun konformi ghad-domanda.

Min jallega illi merkanzija mibjugha lilu kienet fi stat mhux merkantili, u mhux li hija ta' generu iehor jew ta' kwalita' sostanzjalment diversa minn dik ordnata, ikun qieghed jecepixxi l-vizzju redibitorju.

Illi l-gurisprudenza lokali ddefiniet il-vizji bhala dawk inerenti ghall-mod imperfett kif il-merci giet fabbrikata, valjata, imballata, kustodita. Il-merci ghandha tigi rikonoxxuta vizjata jew difettuza meta tigi fiha verifikata xi devjazzjoni mill-istat taghha ordinarju u normali li minnu tkun tiddependi l-attitudni taghha ghall-uzu li ghalih, bin-natura taghha, hija destinata, u ghalhekk vizju, jew difett, hija kull anormalita' jew imperfezzjoni u kull gwast jew avarija illi fil-haga tigi riskontrata li tnehhilha, jew tnaqqsilha l-attitutni ghall-uzu, jew il-bonta' u l-integrita', u, kwindi, biex il-haga tkun difettuza irid ikun joqnsilha xi haga biex tkun tista' tezisti b'mod pjenament konformi ghan-natura taghha u biex tkun vizjata irid ikun hemm xi alterazzjoni liminhabba fiha l-haga ma tkunx kif normalment ghandha tkun.

Meta jkun hemm ilment rigwardantivizzju redhibitorju jew li l-haga mibjugha mhix tal-kwalita` miftehma, ghandhom jigu adottati r-rimedji previsti mill-Ligi u ma tistghax issir semplicement kawza ghad-danni.

Ir-regola tal-ligiin generali hi semplicement illi l-piz tal-prova hu fuq l-attur li jafferma l-pretensjoni u hu ma jirnexxix jekk ma jipperswadix lill-Qorti moralment, fuq bilanc ta' probabilita`, illi l-pretensjonitieghu hi ben fondata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info