Reference: 36/2004

Judgement Details


Date
09/06/2004
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
SCICLUNA DAVID
Parties
IL-PULIZIJA vs SAMMUT ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RECIDIVITA`, PROVA TA`
Summary
Bhal ma dejjem gie ritenut, l-ahjar prova sabiex tigi ppruvata r-recidiva hi li tigi esebita kopja ufficjali tas-sentenza relattiva, u wara ssir il-prova ta' l-identita` l-obbligu tal-prosekuzzjoni litesebixxi dawk is-sentenzi jibqa' dejjem, minkejja l-esenzjoni moghtija mill-akkuzat li tipproduciprova ta' l-identita`. Jekk ma tigix esebita jew prodotta tali prova permezz tal-kopja ufficjali tas-sentenza li tissemma fl-akkuza, allura wiehed ma jistax jghid li saret l-ahjar prova dwar jekk verament precedentement l-appellant kienx ikkommetta xi reat iehor li tieghu gie misjub hati.

Ghalkemm il-fedina penali tista' tittiehed in konsiderazzjoni mill-Qrati ta' Gustizzja Kriminali biex ikunu jistghu jikkalibraw il-piena, l-imputazzjoni tar-recidiva dejjem tinnecessita li ssir il-provatal-kundanna jew kundanni precedenti; tali prova ssir permezz ta' kopja legali tas-sentenza jew sentenzi precedenti kif ukoll billi jigi ppruvat a sodisfazzjoni tal-qorti - permezz ta' xhieda jew minnezami tal-istess sentenza jew sentenzi (jekk din jew dawn ikunu jaghtu l-konnotati mehtiega tal-persuna kkundannata) jew minn ezami tal-atti tal-kawza ta' dik is-sentenza jew ta' dawk is-sentenzi precedenti - li dawk is-sentenzi jirreferu ghall-persuna li tkun qed tigi akkuzata bir-recidiva.

Il-Qorti tal-Magistrati m'ghandhiex tipprova taghmel tajjeb ghan-nuqqasijiet tal-Pulizija Ezekuttiva fil-mod kif din tikkonduci l-prosekuzzjonijiet taghha. M'ghandhiex lanqas, ghax sentenza precedenti kontra l-istess individwu tkun inghatat minn dik il-Qorti presjeduta mill-istess Magistrat, tissostitwixxi dik il-konoxxenza ghall-htiega tal-prosekuzzjoni li tipprova anke l-imputazzjoni tar-recidiva beyond reasonable doubt kif suespost.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info