Reference: 736/1995/1

Judgement Details


Date
04/06/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
BUHAGIAR JOHN ET vs REGISTRATUR TAL-QORTI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, DRITTIJIET TA` L-EREDI TA` L-INKWILIN TAHT IL-KAP. 69 - SENTENZA, TOHLOQ STAT BEJN IL-PARTIJIET BISS - SUCCESSJONI, IMMISSJONI FIL-PUSSESS TA` LEGAT - LOKAZZJONI QABEL L-IMMISSJONI
Summary
L-eredi tal-inkwilin ghandhom id-dritt jirreklamaw ir-rilokazzjoni li ghaliha kien ikun intitolat l-inkwilin awtur taghhom kieku baqa' haj. Dan id-dritt huma nititolati jirriklamawh flimkien u indivizament. Imma jekk huma jikkonsentixxu li l-kera jgi mdawwar fuq wiehed minnhom biss, huma jitilfu di fronte ghall-lokatur kull dritt li kellhom qabel jure successionis ghal dak l-inkwilinat. Ghax danid-dritt jigi akkwistat ex novo minn dak il-werriet li fuqu gie mdawwar il-kera bil-kunsens tal-ohrajn; u dan id-dritt ma jigix kommunikat lilhom, apparti li l-ligi ma tirrikonoxxix inkwilini realiu inkwilini apparenti. Jekk imbaghad l-inkwilin il-gdid bil-fatt tieghu jitlef l-inkwilinat, l-ohrajn ma jistghux jinvokaw id-dritt ghal dak l-inkwilinat li kellhom qabel.

Il-ligi tipprovdi likull legat pur u semplici jaghti lill-legatarju d-dritt li jircevi l-haga mhollija lilu b' legat; izda ghalkemm il-proprjeta' tal-legat tghaddi mal-mewt tad-decujus favur il-legatarju, u anke ad insaputa tieghu, il-pussess tal-legat hu trasferit lill-eredi per modum continuationis, u ghalhekk jehtieg it-talba tal-legatarju ghall-pusess tal-legat. L-Art.726 espressament jiddisponi li "Il-legatarju ghandu jitlob lill-werriet il-pussess al-haga imhollija legat." Fil-gurisprudenza l-importanza ul-portata ta' din l-immissjoni fil-pussess hija enfatika u pacifika.

Zgur li l-ligi riedet illi l-legatarju, anke jekk isir effettivament proprjetarju tal-legat fil-mument tal-mewt tat-testatur, ma ghandux id-disponibilita' shiha ta' l-oggett lilu legat sakemm ma jigix immess fil-pussess tieghu mill-werrieta li minn naha taghhom sa dak il-mument ma jistghux jiddisponu minnu proprju ghaliexikun thalla lil haddiehor. Hu propriju ghalhekk li l-legatarju ma jistax jezercita l-azzjoni rivendikatorja kontra terzi pussessuri tal-fond li jifforma l-oggett legat qabel ma jkun gie immess fil-pussess tieghu. Il-legat ma jigix trasferit ipso jure; u l-legatarju ma jistax jezercita ebda azzjonikontra t-terzi fuq l-oggett tal-legat qabel ma jkun sar il-pussessur tal-legat.

Dan l-obbligutal-immissjoni tal-legatarju fil-pussess tal-oggett legat jezisti wkoll fil-konfront ta' legatarjuli jkun wkoll koeredi.

Meta l-legatarju jkun wiehed mill-istess werrieta, il-formalita' tat-talba ghall-immissjoni fil-pussess hija dejjem mehtiega ghall-porzjonijiet li l-legatarju ghandu jiehu minghand il-koeredi.

Legatarju ma jistax johloq lokazzjoni fuq fond imholli lilu b'legat qabel ma jigi immess fil-pussess ta' dak l-istess fond.

L-Artikolu 237 tal-Kap.12 jiddisponi testwalment: "Is-sentenza ma' tista' tkun qatt ta' hsara ghal min, la huwa nnifsu u lanqas bil-mezz ta' l-awturi jew ta' rapprezentanti legittimu tieghu, ma jkunx parti fil-kawza maqtugha b' dik is-sentenza" - regola fondamentali li tirrifletti l-massima antika: res inter alios acta vel judicata aliis nec nocere nec prodesse potest.

Mandat ta' zgumbrament ma jistax jigi ezegwit kontra min mhux indikat fl-istess mandat. Mandat ta' zgumbrament mahrug kontra l-inkwilin originali ma setghax jigi ezegwit kontra s-sub inkwilin li ma kienx indikat f' dak il-mandat u li kien res inter alios actaf' dawk il-proceduri.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info