Referenza: 1131/1989/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/05/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
BONELLO EMMANUEL A. C.P.A., A.C.A. NOE vs FENECH FRANCIS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, JEDD TA` MEMBRI TAL-FAMILJA TA` L-INKWILIN MATUL HAJTU - ZGUMBRAMENT, KUNCETT TA` BLA TITOLU - ZGUMBRAMENT, OKKUPAZZJONI BLA TITOLU
Fil-Qosor
Il-frazi "bla titolu" ghandha titqies li legalment iggib maghha ghamla ta' okkupazzjoni li, sa mill-bidu nett taghha, ma kinitx konsentita, jew ghaliex tkun twettqet minghajr ir-rieda ta' sid il-postli jkun, jew ghaliex tkun ittiehdet b'mod abbuziv jew bi vjolenza jew arbitrarjament, jew bil-mohbitas-sid, liema illegalita' tkun issoktat sal-waqt li tinbeda l-kawza. F'kaz bhal dan, is-setgha tal-qorti biex tisma' kawza bhal din tieqaf malli jirrizulta li l-imharrek kellu tassew xi titolu.

L-inkwilin huwa biss il-persuna li tkun stipulat il-kuntratt ta' lokazzjoni mas-sid u hadd aktar.Il-familjari ta' l-inkwilin, anki jekk jithallew jghix f'fond in virtuc tad-dritt spettant lill-inkwilin, m'humiex soggetti ghar-rapport lokatizju, u b'hekk ma tinholoq ebda relazzjoni guridika diretta bejnhom u s-sid li b'xi mod tkun tista' tfisser l-akkwist ta' drittijiet jew l-assunzjoni ta' obbligi.

B'danakollu jekk il-familjari ta' l-inwkilin ma jkunux dahlu fl-okkupazzjoni tal-fond in lokazzjoni b'mod abbuziv jew bi vjolenza jew arbitrarjament, jew bil-mohbi tas-sid allura ma jistax jinghad li huma jkunu qeghdin jokkupaw minghajr titolu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni