Reference: 602/1997/1

Judgement Details


Date
14/05/2004
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
AXIAK DAVID vs AWTORITA' TAT-TRASPORT PUBBLIKU
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DISKREZZJONI TAL-QORTI F`KAZ TA` NON EZAWRIMENT TA` RIMEDJI ORDINARJI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, NON EZAWRIMENT TA` RIMEDJI ORDINARJI - KUNCETT TA` MEZZ XIERAQ
Summary
Ghalkemm huwa minnu li l-Prim Awla tal-Qorti Civili ghandha s-setgha (".tista', jekk tqis li jkun desiderabbli li hekk taghmel.") li tiddeklina li tezercita s-setghat taghha taht is-subartikolu (2) tal-Artikolu 46 tal-Kostituzzjoni kif ukoll taht l-artikolu korrispondenti fil-Kap. 319, tali setgha ghandha dejjem tigi ezercitata bi prudenza, b'mod li fejn ikun jidher li hemm jew jista' jkun hemm kaz serju ta' vjolazzjoni ta' drittijiet fondamentali, l-individwu ma jigix privat mir-rimedju kostituzzjonali (jew taht il-Kap. 319) meta jkun jidher li r-rimedji ohra li hemm jew li kien hemm ma jkunux adegwati fic-cirkostanzi tal-kaz.

Awtorita` amministrattiva - anke awtorita` li ghandha s-setgha li tohrog licenzji - jista' jkollha policy li tillimita n-numru ta' licenzji li johorgu, basta li dik id-decizjoni (ghax policy hi effettivament decizjoni) ma tkunx tikkozza ma xi haga li hemmfil-paragrafi (a) u (b) tas-subartikolu (1) tal-Artikolu 469A tal-Kap. 12. Biex policy ma tkunx "modiehor kontra l-ligi" (Art. 469A(1)(b)(iv), Kap. 12) dik il-policy trid tkun ukoll tali li fit-thaddim taghha fil-kaz partikolari ma tkunx tammonta ghal vjolazzjoni ta' xi disposizzjoni tal-Konvenzjoni Ewropea.

Kif inhu risaput, f'kawza ghal stharrig gudizzjarju r-rimedji li tista' taghti l-Qorti huma limitati hafna - anke d-danni li jistghu jinghataw huma limitati b'dak li jiddisponi s-subartikolu (5) tal-Artikolu 469A. Il-Qorti f'kawza ghal stharrig gudizzjarju ma tistax tissostitwixxiruhha ghall-awtorita` li tkun u, per ezempju, tordna li tinhareg il-licenzja li tkun giet rifjutatamill-awtorita` kompetenti. F'kawza kostituzzjonali, invece, ma hemm xejn xi jzomm lill-Prim Awla, fil-kompetenza Kostituzzjonali u/jew "Konvenzjonali" taghha, li tordna li tinhareg il-licenzja jekk, per ezempju, jirrizulta li kien hemm vjolazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info