Reference: 5/2003/1

Judgement Details


Date
07/05/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
SACCO JESMOND ET vs CHARLES CONCETTA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KONTUMACJA, ESKLUZA MINN NULLITA` TAN-NOTIFIKA - KONTUMACJA, PRINCIPJI REGOLATURI
Summary
Il-kwestjoni tan-nullita` tan-notifika 'de quo' u l-kontumacja tal-konvenut huma zewg kwestjonijietdifferenti. Infatti kieku n-notifika tac-citazzjoni kienet nulla l-appellant ma kienx jista' jkun meqjus li kien kontumaci u l-kawza ma kienetx tista' timxi l-quddiem qabel ma l-konvenut jigi notifikat mill-gdid skond il-ligi.

Kwantu ghal kontumacja, mbaghad, hu ferm pacifiku illi ghalkemm il-kontumaci mhux prekluz li jappella u jitratta huwa pero` ma jistax igib provi u xhieda quddiem dinil-Qorti kemm il-darba ma jiggustifikax in-nuqqas tieghu.

Fir-rigward tan-notifika ta' attigudizzjarji l-ligi tipprovdi f'termini precizi kif din kellha ssir u f'idejn min setghet tithalla kopja tal-iskrittura. Hekk l-Artikolu 185 tal-Kap 12 jahseb ghal kaz illi fejn tnejn minn nies li jenhtieg jigu notifikati bi skrittura, wkoll jekk jghixu fl-istess indirizz, dawn ghandhom kull wiehedminnhom jigi nnotifikat b'kopja ta' dik l-iskrittura. L-Artikolu 187 (i) imbaghad jippreciza illi l-kopja destinata lil min ghandu jigi hekk innotifikat tista' tithalla f'idejn membru tal-familja jewtad-dar jew f'idejn wiehed fis-servizz ta' dik il-persuna jew f'idejn il-prokuratur taghha jew persuna awtorizzata minnha biex tircievi l-posta taghha.

In-nuqqas tal-konvenut li jidher sabiexjikkontesta l-kapitoli hi hafna rilevanti ghaliex tfisser li bin-nuqqas tal-konvenut appellant li jidher biex jikkontesta l-kapitolu, saret il-prova posittiva li l-ammont reklamat mill-attur kien dovut lilu ghar-ragunijiet minnu pretizi u dana bl-ammissjoni - anke jekk negattiva fis-sens ta' non-kontestazzjoni - ta' l-istess konvenut. Dan necessarjament iwassal ghal konkluzjoni illi l-appellant mhux qieghed jittanta li jappella fi proceduri fejn hu sempliciment kontumaci u allura kien bizzejjedghalih li jiggustifika l-kontumacja tieghu biex jittratta l-appell tieghu. L-appellant qieghed fis-sitwazzjoni nfelici fejn irid mhux biss jiggustifika l-kontumacja tieghu, imma wkoll li jirribatti l-prova maghmula permezz tal-kapitolu li hu kien imsejjah biex jirrispondi.

Il-kontumacja ma tistax tigi ritenuta gustifikata jekk kienet voluntarja;

Anqas tista' tigi gustifikata jekk kienet almenu kolpuza;

Biex ikun hemm lok ghal gustifikazzjoni hemm bzonn li tigi pruvata kawzagusta;

Din il-kawza gusta ghandha tikkonsisti f'impediment legittimu;

L-impediment biex ikun legittimu, ghandu jkun jiddependi mill-volonta` tal-kontumaci;

L-izball ma hux impediment legittimu jekk ma jkunx zball invincibbli, ghaliex jekk ikun zball vincibbli, allura jigi ekwiparat ghal kolpa;

Dan l-impediment legittimu jista' jkun, kif intqal, "una necessita` impellente di chiamata ad altri doveri imprescindibbli";

L-impossibilita` li wiehed jidher ghas-subizzjoni, jew almenu d-diffikolta` gravi, biex tista' tikkostitwixxi impediment legittimu ghandha tkunfizika, u eccezzjonalment biss tista' tkun morali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info