Referenza: 715/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/04/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
SPITERI ANGELO vs CITADEL INSURANCE P.L.C.
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ASSIKURAZZJONI, AGENT HUWA MANDATARJU TAL-ASSIGURAT - ASSIKURAZZJONI, BROKER HUWA AGENT TAL-ASSIGURAT - ASSIKURAZZJONI, PROPOSAL FORM - ASSIKURAZZJONI, UBERRIMA FIDES
Fil-Qosor
Hu dottrinalment ricevut illi in linea generali l-ftehim ta' assigurazzjoni jaf il-bidu tieghu lid-dokument li kif inhu maghruf mill-istess nomenklatura tieghu jkun jikkontjieni proposta da parte tal-persuna li tkun trid tassigura li trid tidhol f'rapport ta' assigurazzjoni. Proposta din li una volta accettata mill-assiguratur tipperfezzjona l-kuntratt u tikkreja l-vinkolu kontrattwali.

Il-proposta, u l-accettazzjoni taghha, jikkrejaw il-'consensus ad idem' u hu proprju ghalhekk illi l-kuntratt in ispecje hu meqjus bhala wiehed ta' "uberrimae fidae" u l-kontraenti ghandhom ikunu bil-massima bona fede meta jiffirmawh.

In konsegwenza ta' dawn il-principji hu ormai ben saldat fil-gurisprudenza illi "l-proponent ghandu jaghti risposta cara dwar dettalji li jigu mistoqsija lilu espressament fil-"proposal form". Dan anke ghaliex il-proposal form hija ritenuta bhala parti integrali tal-polza ta' l-assigurazzjoni u, kwindi, dikjarazzjoni falza maghmula fil-formola hija qisha dikjarazzjoni falza fil-polza.

Dan ifisser necessarjament illi jekk jirrizulta li l-informazzjoni kontenuta fil-proposal form kienet mankanti fl-elementi materjali taghha, tali mankanza kienet tintolaha lis-socjeta` assiguratrici biex tiddekreta l-"avoidence" tal-polza.

L-agent u l-broker jagixxu bhala l-mandatarji tal-assikurat u mhux ta' l-assikurazzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni