Referenza: 1050/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/04/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
FENECH JOHN SIVE GIANNI vs FENECH FRANCIS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
PRESKRIZZJONI, PRESKRIZZJONI KWINKWENNALI TAHT L-ARTIKOLU 2156 TAL-KAP. 16 TAPPLIKA GHAL KREDITI TA` FLUS BISS
Fil-Qosor
Issa jrid jinghad li ghalkemm il-kelma "kreditu" tfisser kull jedd in personam li jaqbel ma' kull obbligazzjoni ta' debitur, jidher li fil-qafas tal-artikolu 2156 tal-Kapitolu 16 tal-Ligijiet ta' Malta il-kelma "kreditu" msemmija fil-paragrafu (f) tieghu ghandha tigbor fiha biss jeddijiet li huma tal-istess bixra tal-jeddijiet imsemmija fil-paragrafi l-ohrajn tieghu. Ta' min jghid li c-cirkostanzi kollha mahsubin fl-artikolu 2156 huma obbligazzjonijiet ghall-hlas ta' flus u mhux obbligazzjonijiet di fare;

Illi peress li l-preskrizzjoni "residwali" mahsuba taht l-artikolu 2156(f) tal-Kap 16 hija suggetta ghall-interpretazzjoni eiusdem generis, allura dan igib mieghu l-effett li l-obbligazzjoni li kontra taghha titressaq eccezzjoni bhal din trid tkun wahda ghall-hlas ta' flus. Kemmhu hekk, inghad li din il-preskrizzjoni tapplika ghal zewg ordni ta' krediti: jigifieri l-prestazzjonijiet accessorji jkunu liema jkunu, u whud mill-prestazzjonijiet ewlenin jew principali. Tal-ewweljirrigwardaw dejjem oggett li jkun flus, filwaqt li tat-tieni jirrigwardaw flus jew haga fungibblibhalma huma l-flus;




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni