Reference: 489/1998/1

Judgement Details


Date
22/04/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
MALTA DEVELOPMENT CORPORATION vs LICARI PAUL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AZZJONI, NATURA U INDOLI GHANDHOM JIGU DEZUNTI MIT-TERMINI TAL-ATT LI BIH JINBDEW IL-PROCEDURI - CITAZZJONI, EKWIPOLLENZA - CITAZZJONI, FORMALIZMU EZAGERAT - CITAZZJONI, KAWZALI TA` - CITAZZJONI, TIFSIRA CARA U SEWWA TAL-OGGETT U R-RAGUNI TAT-TALBA
Summary
L-Artikolu 156 tal-Kap.12 jimponi li c-citazzjoni "ghandu jkun fiha: [a] tifsir car u sewwa ta' l-oggetti u r-raguni tat-talba" u fis-sub inciz tieghu jiddisponi li "[2] Flimkien mac-citazzjoni ghandhom jingiebu d-dokumenti mehtiega biex isahhu t-talba".

L-azzjoni hi kontenuta fil-premessi ufit-talbiet li ghalihom iwasslu. Irid mhux biss jirrizulta dak in-ness guridiku bejn il-premessi ut-talbiet b' mod li jigu sodisfatti ir-rekwiziti tal-Art.156, imma hu wkoll mehtieg ad substantia et validitatem illi l-azzjoni tkun wahda kjarament identifikabbli fil-ligi, u dana fil-parametri ta'l-att tac-citazzjoni kif redatt. L-Art.156 jimponi fuq l-attur li jidentifika l-oggett tal-kawza billi jiddikjara r-raguni ghaliex kien qed jitlobdak l-oggett u illi kemm l-oggett kif ukoll ir-raguni tkun imfissra car u sewwa.

Illi dan kollu iservi ghax il-konvenut ghandu jkun jaf dak li jkun qed jintalab kontrih mit-termini tat-talbiet u mhux mid-dokumenti li jigu annessi mac-citazzjonijew minn xi mezz iehor ta' prova li jistghu ma jigux lilu notifikati..

Dan l-Artikolu pero' "irceva fil-gurisprudenza taghna interpretazzjoni larga fis-sens li ma giex addottat fir-rigur li donnhom iridu jfissru l-kliem tal-istess dispostizzjoni". Il-ligi pero' ma tirrikjedix kliem partikolari ghal kif ghandha ssir ic-citazzjoni; bizzejjed jiftiehem x' ikun qieghed jitlob l-attur, b' mod illi l-kawzali tista' tkun espressa lakonikmanet u sahansitra tista tkun anke indotta mid-domandi, u jekk ma tkunx cara bizzejjed fic-citazzjoni, bizzejjed tkun spjegata fid-dikjarazzjoni relattiva li,stante li ghandha tigi kunsidrata bhala haga wahda mac-citazzjoni ghandha konsegwentement tghin biex ticcara l-kawzali. Il-Qrati taghna accettaw biss il-kriterju ta' l-ekwipollenza fil-kazijiet fejnil-kawzali ma tkun espressa sew fic-citazzjoni, imbaghad tirrizulta mid-dokumenti jew mid-dikjarazzjonijiet fil-kas ta' kawzali aktarx imfissra lakonikament.

Ghalkemm fic-citazzjoni l-kawzalitkun dedotta b'mod lakoniku, ic-citazzjoni ma tkun nulla jekk il-kawzali tkun imfissra tajjeb, u sakemm ma tkun difettuza talment li minhabba f' hekk il-konvenut jigi pregudikat ghaliex ma jkunx jista' jiddefendi ruhu.

Madankollu il-prassi tal-Qrati nostrali, anke a bazi tal-emendi maghmula bl-Att XXIV tas-sena 1985, inkluz il-kontenut tal-Art.175 tal-kap.12 hija li, "il-formalizmu esageratilli hafna gie imnaqqas u limitat u bir-ragun il-ligi qeghda tkun aktar inklinata li tkompli tillimita l-formalizmu u n-nullitajiet ta' diversi formu li jinutnuh" u konsegwentement "l-atti ghandhom jigu salvati anzi che annullati jew dikjarati nulli".

In-nullita' tal-att gudizzjarju hija sanzjoni estrema li l-ligi trid timposta biss meta n-nuqqas - formali jew sostanzjali - fl-att, ma jistax assolutament jigi tollerat minghajr hsara ghal xi principju ta' gustizzja procedurali. Ghalhekkatt ta' citazzjoni ghandu jkun imwaqqa' u annulat biss ghal ragunijiet gravi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info