Referenza: 13/2002

Dettalji tas-Sentenza


Data
22/04/2004
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, FILLETTI JOSEPH A., SCICLUNA DAVID
Partijiet
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs BONNICI DOMINIC
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ATT TA` L-AKKUZA, META L-FATT MIGJUB MA JKUNX JIKKOSTITWIXXI FIS-SUSTANZA IR-REAT MIGJUB JEW DESKRITT - ATT TA` L-AKKUZA, NULLITA` TA` - SERQ, KWALIFIKA TAS-SEKWESTRU TAL-PERSUNA
Fil-Qosor
Il-paragrafu (b) tal-proviso ghas-subartikolu (5) tal-Artikolu 449 jipprovdi li jkun hemm nullita` fl-Att ta' Akkuza (jew f'kap partikolari) "meta l-fatt migjub fl-att ta' l-akkuza ma jkunx jikkostitwixxi, fis-sustanza, ir-reat migjub jew deskritt f'dak l-att."

Ikun hemm nullita` jew difettkif ravvizat fl-Artikolu 449(5)(b) meta l-fatti kif deskritti ma jkunux jammontaw fis-sustanza ghar-reat li bih l-akkuzat ikun qed jigi akkuzat. Bil-kelma "reat" wiehed ghandu necessarjament jifhem ir-reat bl-aggravji kollha li jkunu qed jigu dedotti skond il-ligi. F'dan il-kaz, ghalhekk, wiehed irid jara jekk, fil-parti espozittiva tat-tieni Kap, hemmx fis-sustanza l-elementi tas-serq u tal-kwalifiki aktar 'l fuq imsemmija, fosthom dik tas-sekwestru tal-persuna.

Issa, dejjem gie ritenutmill-Qrati ta' Gustizzja Kriminali taghna li biex ikun hemm il-kwalifika tas-sekwestru tal-persunaghall-finijiet tas-serq huwa bizzejjed li dak is-serq isir "flimkien" (fis-sens tas-subartikolu (2)tal-Artikolu 262) mal-privazzjoni fir-rigward ta' xi persuna tal-liberta` personali taghha. Fi kliemiehor, ikun hemm is-sekwestru tal-persuna ghall-finijiet tal-Artikolu 262(1)(a) mhux biss jekk persuna tigi mehuda minn post ghal iehor kontra l-volonta` taghha, imma anke jekk semplicement tigi mizmuma kontra l-volonta` taghha milli ticcaqlaq jew tigi msakkra x'imkien - basta, pero`, li jkunu jikkonkorru wkoll ghall-anqas ic-cirkostanzi, jew wahda mic-cirkostanzi, imsemmija fl-imsemmi subartikolu (2) tal-Artikolu 262.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni