Reference: 2484/1996/2

Judgement Details


Date
21/04/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
SURPRISE YACHTS LIMITED vs ROSSO JOSEPH PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH, ACTIO REDIBITORIA U ACTIO AESTIMATORJA - BEJGH, DANNI GHAL DIFETTI MOHBIJA - BEJGH, KWALITA` PATTUWITA RIMEDJU DISPONIBBLI - PRESKRIZZJONI, META L-KONVENUT MA JINDIKAX L-ARTIKOLU PARTIKOLARI LI FUQU JKUN QED JISTRIH
Summary
Ghal dik li hi kunsinna l-haga mibjugha ghandha tigi hekk mghoddija fl-istat li kienet fil-mument tal-bejgh (Artikolu 1393, Kodici Civili). L-inadempjenza tal-kunsinna jew il-kunsinna tardiva ggorr maghha d-danni kif rikonoxxut mill-Artikolu 1386 tal-Kodici. Hekk ukoll din taghti lok ghad-danni jekk ix-xerrej isib li l-oggett li l-bejjiegh igib biex jikkonsenjalu ma jkunx tal-kwalita pattwita (Artikolu 1390);

Fil-kaz ta' rizoluzzjoni tal-kuntratt ta' bejgh minhabba vizju redibitorju ghandha ssir distinzjoni bejn l-obbligazzjoni tar-radd talprezz u dik ghar-rizarciment tad-danni. L-ewwel obbligazzjoni tirrapprezenta l-effett restitutorju tal-azzjoni hekk imsejha redibitorja li hija ghal kollox indipendenti mill-htija tal-venditur u tikkonfigura debitu ta' flus billi mill-origini taghha ghandha bhala oggett taghha somma ta' flus. L-azzjoni ghar-rizarciment tad-dannu, minn naha l-ohra, tista' tigi ezercitata anki wahedha fuq il-presuppost li jezistu r-rekwiziti tal-garanzija ghaldifetti mohbija u tirrikorri l-kolpa tal-venditur u tikkonfigura debitu ta' valur.

Ir-rimedji kollha spettanti lix-xerrej ghad-difetti fil-haga mibjugha, kemm fil-kaz li dan jopta ghar-rizoluzzjoni tal-kuntratt, kemm jekk ghad-diminuzzjoni fil-prezz, kif ukoll ghar-rizarciment tad-danni, dawn huma soggetti ghat-termini preskritti fl-Artikolu 1431 (1) tal-Kodici Civili;

Meta titqajjem eccezzjoni tal-preskrizzjoni m'hemmx ghalfejn issir referenza specifika ghall-artikolu tal-ligi citat kemm-il darba jkun evidenti ghal liema preskrizzjoni l-eccipjent ikun qed jirreferi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info