Reference: 15/2004

Judgement Details


Date
20/04/2004
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
SCICLUNA DAVID
Parties
IL-PULIZIJA vs DEGUARA JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL, DEWMIEN FIT-TRAZMISSJONI TAL-PROCESS LILL-AVUKAT GENERALI - PROCEDURI KRIMINALI, META XHUD DEBITAMENT NOTIFIKAT MA JIDHIRX GHAS-SEDUTA
Summary
Is-subartikolu (1) ta' l-artikolu 414 tal-Kodici Kriminali jipprovdi testwalment hekk:

"Metal-kawza titmexxa mill-Pulizija, il-qorti li taghti s-sentenza ghandha, fuq talba bil-miktub, maghmula lilha mill-Pulizija . mhux aktar tard minn erbat ijiem tax-xoghol mill-ghoti tas-sentenza, tibghatlill-Avukat Generali, bil-mezz tar-registratur, fi zmien tlitt ijiem tax-xoghol minn dak in-nhar tat-talba, kopja tas-sentenza flimkien ma' l-atti tal-kawza u max-xiehda, jekk din tkun tnizzlet bil-miktub".

Purche` li l-Pulizija jipprezentaw in-nota ta' l-appell fiz-zmien moghti lilhom u purche` li l-Avukat Generali jipprezenta r-rikors ta' l-appell fi zmien tmint ijiem utili (tnax-il jumutili fil-kaz ta' appelli minn Ghawdex) minn dak inhar li hu jircievi l-atti, l-istess Avukat Generali m'ghandux jigi penalizzat minhabba li r-Registratur, li ma huwiex parti fil-kawza, ma jkunx osserva t-termini imposti fuqu bil-ligi.

Meta xhud, debitament notifikat biex jidher quddiem l-ewwel qorti, jonqos milli hekk jidher, dik il-qorti ma tistax tibqa' ghaddejja qisu ma gara xejn. Bhalaminimu dik il-qorti ghandha tikkundanna lix-xhud ghal ammenda u, kemm-il darba l-prosekuzzjoni (pulizija ezekuttiva jew parti offiza ossia kwerelant, skond il-kaz) ma tirrinunzjax espressament ghal dak ix-xhud jew kemm-il darba l-qorti ma tkunx tal-fehma li xhud mhux indispensabbli biex isahhah l-akkuza, il-qorti ghandha wkoll tordna li dak ix-xhud jingieb b'mandat ta' akkumpanjament jew b'mandatta' arrest (Art. 441(4) u 525(1)(a) tal-Kap 9). Dan necessarjament jimplika li l-qorti ghandha tiddifferixxi l-kawza. Altrimenti l-kawzi, u l-ezitu taghhom, jigi jiddependi fuq jekk xhud ifettillux jobdi tahrika jew le! Anqas ma hu argument validu dak li jigi spiss ventilat quddiem il-Qrati Inferjuri u cioe` li x-xhud kellu interess li jidher u li allura, la ma deherx, il-qorti ghandha tibqa' ghaddejja u, kif spiss jigri u kif gara f'dan il-kaz, tillibera. L-interess principali fil-proceduri penali hu tal-partijiet - il-prosekuzzjoni (Pulizija Ezekuttiva jew, fil-kazijiet kontemplati fl-Art.373, l-offiz/kwerelant) u l-imputat. Ghandu kemm ghandu interess xhud fl-ezitu tal-kawza, ma jistaximpunement, u hlief fil-kazijiet kontemplati mill-ligi, jippriva lill-parti li tkun harrkitu mid-deposizzjoni tieghu.

Huwa biss meta l-prosekuzzjoni ma tkunx f'posizzjoni li tinforma lill-Qortidwar ir-riferta u tonqos mill-obbligi taghha imposti mil-ligi li tesibixxi riferta posittiva u valida ta' xhud, li allura, f'tali cirkostanzi dan in-nuqqas bla dubbju ta' xejn ghandu jmur a favur l-akkuzat li jkollu d-dritt li jitlob li l-proceduri jitkomplew u ma jigux imhollija ghal data ohra.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info