Reference: 1033/1993/1

Judgement Details


Date
24/03/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
SCICLUNA JOSEPH ET vs CIANTAR GREZZJU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, DEFINIZZJONI TA` KERREJ TAHT IL-KAP. 199 - LOKAZZJONI, KUNCETT TA` MEMBRU TAL-FAMILJA - KAP. 199 - LOKAZZJONI, TRASFERIMENT CAUSA MORTIS TA` QBIELA LIL PERSONA LI MA TKUNX TIKKWALIFIKA BHALA MEMBRU TAL-FAMILJA TAHT IL-KAP. 199 - PROVA, ANNOTAZZJONI F`DOKUMENT - PROVA, HEARSAY EVIDENCE
Summary
Meta annotazzjoni f'dokument tkun tinkorpora dikjarazzjoni li tistabilixxi certi fattijiet l-Qrati dejjem ikkonsidraw dak id-dokument bhala ammissibbli u li jaghmel prova legali tal-kontenut tieghu salv prova kuntrarja. Dan wara kollox hu hekk ukoll dettat mill-Artikolu 627 tal-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili.

Huwa biss jekk il-Qorti tkun tal-fehma, jew ikollha xi dubju, illima taccettax il-fatti kontenuti fih bhala l-ahjar prova illi hi kellha d-dritt, in forza tal-Artikolu 559 tal-Kap 12, li tesigi li tingieb dejjem l-ahjar prova. Fil-kaz in disamina l-ewwel Qorti sabet li l-fatti kienu sew provati ghas-sodisfazzjon taghha u ma sabetx li kellha ghalfejn titlob provaahjar biex tapprezza l-fatti in kawza.

Kif jinsab dettat fl-Artikolu 599 tal-Kap 12 il-Qortitista' skond ic-cirkustanzi tippermetti xhieda fuq kliem haddiehor meta dan l-istess kliem haddiehorikollu, fih innifsu, importanza sostanzjali fuq il-meritu tal-kawza jew ikun jaghmel parti mill-meritu, inkella dan haddiehor ma jkunx jista' jingieb biex jixhed, u l-fatti jkunu tali li ma jkunux jistghu jigu ppruvati sewwa xort'ohra.

Jinghad fil-Kap. 199 illi "membru tal-familja" tfisser "axxendent linejari, dixxendent linejari, armel jew armla, ragel tat-tifla u l-armla tat-tifel sakemmma tergax tizzewweg, tal-kerrej".

Hu bil-wisq ovvju mill-mod kif koncepita mil-legislatur illi din it-tifsira hi wahda restrittiva u ma tinkludiex neputijiet u wisq anqas pro-neputijiet.

Meta kirja tkun fil-perijodu ta' rilokazzjoni il-ligi specjali li tirregola t-tigdid tirrestringir-rilokazzjoni ghal dawk tal-membri biss tal-familja li jaqghu fid-definizzjoni tal-Kap 199. Il-fatt li persuna li ma tkunx tikkwalifika bhala membru tal-familja ai termini tal-Kap. 199 ikun eredi testamentarju tal-kerrej ma jistax jikkonferilu xi titolu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info