Referenza: 47/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/03/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
GASAN JOSEPH ANTHONY ET vs HIX LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, ELEMENTI MEHTIEGA SABIEX GARAGE JEW REMISSA JIKKWALIFIKAW BHALA HANUT GHALL-FINIJIET TAL-KAP. 69 TAL-LIGIJIET TA` MALTA - LOKAZZJONI, NON USO FIL-KAZ TA` HANUT - TNAQQIS TA` ATTIVITA` KUMMERCJALI - LOKAZZJONI, NON USO FIL-KAZ TA` MAHZEN - LOKAZZJONI, PROTEZZJONI TA` KIRJA TA` MAHZEN TAHT IL-KAP. 69
Fil-Qosor
Ma jistghax ikun hemm kuntrast illi l-oggett tal-ligi skond l-istess definizzjoni li l-Kap 69 jaghtilill-kelma "hanut" kien dak li, bl-inkluzjoni ta' "store", l-legislatur jaghti mizura ta' sigurta`ta' detenzjoni lill-kerrej ta' fond adebit ghal dan l-uzu.

Minn naha l-ohra, u fit-tieni lok,"il-ligi tal-kera meta semmiet il-mahzen bhala fond protett minn dik il-ligi ma riedetx tinkludi f'din il-klassifika ta' fondi kwalunkwe fond fejn wiehed jerfa' xi affarijiet, ikunu x'ikunu, imma riedet tikkomprendi fondi konnessi man-negozju, jew ahjar fondi li huma "mahzen" fejn wiehed izomm il-merkanzija tan-negozju tieghu".

Huwa pacifikament ricevut illi negozju jimporta attivita` kummercjali anke jekk fuq skala ridotta u mhux okkazjoni sporadika ta' bejgh. Anke kieku allura kellu jigi accettat illi l-mobilja mahzuna fil-fond in ezami kienet intiza biex tinbiegh, certament is-socjeta` appellanti naqset milli ggib imbaghad prova sodisfacenti tal-frekwenza ta' dan is-suppost bejgh. Inversament, jidher li dawn l-istess oggetti huma tabilhaqq, kif konstatat minn xi membri teknici, antikalji invendibbli. Li jfisser taht dawn ic-cirkostanzi illi l-fond ma ghandux jimmerita t-trattament specjali ta' favur illi l-ligi taghti lill-"hwienet".

Anke jekk inhu veru wkoll illimhux prattikabbli li jigi determinat 'a priori' kemm zmien irid jigi precizat biex jista' jinghad lijezisti nuqqas ta' uzu, eppure meta dan in-nuqqas ta' attivita` kummercjali jigi valutat fil-kwadrutar-raguni tan-nuqqas, ma jistghax jinghad illi t-tul ta' zmien kien determinat minn xi gustifikazzjoni ragonevoli. Tul ta' zmien allura li fih l-fond inzamm maghluq u ma kienet qed tigi kondotta l-ebda attivita` kummercjali minnu. Tali cirkostanzi verosimilment jaghtu lok ghall-abbandun u allurajillegittimaw id-dritt tal-lokatur li jiehu taht idejh il-fond.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni