Reference: 20/2003/1

Judgement Details


Date
27/02/2004
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
BOUNAB LANOUAR NOE vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DRITT FONDAMENTALI GHAR-RISPETT TAL-HAJJA PRIVATA - ACCESS GHAL TFAL MINURI
Summary
Din il-kawza originat minn digriet li inghata fil-kuntest ta' kawza ta' separazzjoni bejn ir-rikorrent appellant u martu u li bih ir-rikorrent appellant gie michud ghal kollox milli jkollu access ghalibnu minuri.

Il-Qorti Kostituzzjonali irriteniet li ma hemmx dubbju li f'certi kazijiet, fejn ikun hemm konflitt ta' interess bejn id-drittijiet tal-genituri u l-interessi tat-tfal, l-interessi ta' dawn ta' l-ahhar ghandhom jipprevalu. Izda biex awtorita` pubblika, bhalma hi Qorti, tasal biex taqta' jew tipprojbixxi kull kuntatt bejn missier u ibnu irid ikun hemm altru milli ragunijiet validissimi. Fi kliem iehor, mhux bizzejjed li jkun hemm xi ragunijiet li jiggustifikaw l-indhil ta' l-Istat, jew ta' organu ta' l-Istat, fil-hajja tal-familja ta' dak li jkun; hu mehtieg li l-mizura ta'indhil tkun proporzjonata ghan-necessita` li jigu tutelati l-interessi tal-minuri.

M'ghandux jigi vjetat l-access jekk ikun hemm mezzi biex dan jigi koncess filwaqt li jigu tutelati l-interessi tal-minuri.

Il-Qorti Kostituzzjonali ikkonkludiet li f'dan il-kaz id-divjet ta' l-access kien estrem wisq u li l-Istat ma ppruvax cirkostanzi tali li jiggustifikawh. Il-Qorti ghalhekk iddikjarat li saret vjolazzjoni tad-drittijiet tar-rikorrent appellant hekk kif sanciti mill-Artikolu 8(1)tal-Konvenzjoni Ewropea.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info