Referenza: 649/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
18/02/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
SCIBERRAS ALEXANDRA PRO ET NOE vs MIDDLE SEA VALLETTA LIFE ASSURANCE CO LT
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ASSIKURAZZJONI, KONKLUZJONI TAL-KUNTRATT
Fil-Qosor
Huwa pacifiku illi l-mili tal-proposal form hi preordinata ghall-effettwazzjoni tal-kuntratt ta' l-assigurazzjoni. Dan hu manifestament hekk il-kaz kemm fid-duttrina Ingliza kif ukoll dik kontinentali fuq is-suggett.

Huwa logiku li jigi dezunt illi sakemm is-socjeta` assiguratrici ma tissenjalax l-accettazzjoni taghha ma jistax ragonevolment jinghad illi jezisti kuntratt vinkolanti ta' assigurazzjoni. Huwa intwittiv ukoll illi sakemm l-assiguratur ikun ghadu qed jikkonduci l-ezami tieghu tat-taghrif moghti fil-proposal form huwa jkun qieghed jizen n-natura tar-riskju li jkun behsiebujassigura in kwantu dan certament jinfluwixxi fuq id-decizjoni li jrid jasal ghaliha ghall-firmazzjoni tal-kuntratt. Stadju dan ta' riflessjoni importanti ghall-assiguratur u allura hu mistenni li jkollu zmien ragonevoli biex jikkompleta l-istharrig tieghu. Multo magis, imbaghad f' materja ta' polizza ta' assigurazzjoni fuq il-hajja in kwantu din minn natura stess taghha, kompriz allura t-taghrif moghti fil-proposal form, spiss drabi tirrekjedi wkoll accertamenti ta' indoli medika dwar l-istatta' sahha tal-persuna li tkun qed tipproponi assigurazzjoni fuq hajjitha.

Il-bazi tal-kuntratt ta' l-assigurazzjoni, bhal kull kuntratt iehor, hu l-ftehim milhuq u liberament espress bejn l-assiguratur u l-assigurat. Ftehim li jrid ikollu l-konkors ta' l-elementi kollha soliti mehtiega ghalkull kuntratt, u cioe` l-offerta inekwivokabbli, l-accettazzjoni daqstant iehor inekwivokabbli, il-consensus ad idem bejn l-oggett tal-kuntratt u l-kapacita` tal-kontraenti ... Sakemm ma jkunx gie accettat illi l-elementi kollha tal-kuntratt ikunu gew sodisfatti, apprezzati u accettati mill-kontraenti, ma jistax jinghad li jezisti kuntratt vinkolanti u l-proporsal form titqies biss bhala offertamhux acettata.

L-accettazzjoni tal-premium jew l-ispedizzjoni ta' l-istatutory notice taht il-Life Insurance (Statutory Notice) Regulations, 1989" taht il-Kapitolu 290 ("Impriza ta' l-Assigurazzjoni") ma jissenjalawx accettazzjoni da parti ta' l-assikurazzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni