Reference: 1536/1997/1

Judgement Details


Date
18/02/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MAMO DOMENICA ET vs GALEA ANTONIA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO MANUTENSIONIS, DIFFERENZA BEJN L-ACTIO SPOLII U - ACTIO MANUTENTIONIS, BAZATA FUQ IL-PUSSESS - ACTIO MANUTENTIONIS, ELEMENTI TA` - ACTIO MANUTENTIONIS, KONTRA MIN TISTA` TIGI ISTITWITA - ACTIO MANUTENTIONIS, MA JISTGHUX JIGU SOLLEVATI KWISTJONIJIET TA` NATURA PETITORJA - ACTIO MANUTENTIONIS, MHIX DISPONIBBLI LIS-SEMPLICI DETENTUR - ACTIO MANUTENTIONIS, MHUX MEHTIEG PUSSESS ESKLUSSIV - ACTIO SPOLII, DIFFERENZA BEJN L-ACTIO MANUTENSIONIS U
Summary
A norma ta' l-Artikolu 534 tal-Kodici Civili l-elementi essenzjali ta' l-actio manutensionis huma s-segwenti:-

(a) il-pussess ta' haga immobbli jew ta' universalita` ta' hwejjeg mobbli;

(b) l-atti li jikkostitwixxu l-molestja ghal dan il-pussess;

(c) il-proponiment ta' l-azzjonifi zmien sena mill-molestja;

Azzjoni bhal din timmira biex tassikura l-godiment pacifiku tal-pussess u biex tinibixxi kull att li jittraduci ruhu f'ostakolu ghall-izvolgiment ta' l-ezercizzjutad-dritt sostantiv tal-pussess. Il-finalita` taghha hi dik allura ta' funzjoni konservattiva tal-pussess u c-cessazzjoni tal-molestja.

Dan jiddiferenzjaha markatament mill-azzjoni ta' spoll ghaliex filwaqt li l-azzjoni ta' manutensjoni hija mirata sabiex tipprotegi l-pussess li jista' jigiturbat jew anki eventwalment vjolat jew imxejjen, l-azzjoni ta' spoll hija mirata lejn il-vjolenza jew il-klandestinita` ta' l-ispoll.

Il-pussess tutelabbli li jillegittima l-azzjoni hu dak definit fl-Artikolu 524 (1) tal-Kapitolu 16. Pussess li allura ghandu jkollu b'rekwizit il-karattru tal-pussess ad usucapionem, ossija l-pussess pacifiku, kontinwu, pubbliku u ininterrott. Pussess li kellu jfisser bhala minimu detenzjoni ta' hagna animo domini. Kien ghalhekk li jinsab ritenut illi azzjoni ta' din ix-xorta ma tistax tigi ezercitata minn persuna li kienet, per ezempju, semplici inkwilina tal-fond li fih tkun saret il-molestja li tkun trid tigi respinta b' dik l-azzjoni.

Mhuxmehtieg li tali pussess ikun esklussiv.

Ghal dik li hi molestja din "tista' tkun tant ta' fatt kemm ta' dritt imma timplika dejjem kontraddizzjoni ghall-pussess fil-ligi taghna, 'ta' liema xorta jkun'. Hi testerna ruhha f'att kompjut kontra l-volonta` tal-possessur - u bl-animus contrarius- li jostakola l-pussess jew ibiddel jew jillimita l-mod kif dan kien jigi qabel esplikat anke minghajr ma l-molestanti jafferma ghalih stess pussess kuntrarju."

F'actio manutensionis ma jistghux jigu sollevati kwistjonijiet ta' natura petitorja. Tali materja ma jista' jkollha ebda influwenza fuq din l-azzjoni ta' natura purament possessorja.

L-actio manutentionis bhall-actio spoliitista' tkun, u anzi ghandha tkun, diretta kontra l-persuna li materjalment ikun responsabbli ghall-agir abuziv turbattiv tal-pussess, indipendentement minn kull konsiderazzjoni ohra. L-azzjoni hi mmirata biex jigi reintegrat l-istat tad-dritt billi min kien responsabbli biex jiddisturba l-istatusquo vjolentement, abuzivament jew klandestinament jigi kundannat li jqieghed kollox kif kien qabel bhala pre-rekwizit ghall-indagini dwar id-drittijiet reciproci bejn l-litiganti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info