Reference: 926/1993/2

Judgement Details


Date
19/02/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
SULTANA RITA PRO ET NOMINE vs BORG CARDONA MICHAEL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH, META X-XERREJ IZOMM L-OGGETT DIFETTUZ - BEJGH, MHUX TAL-KWALITA` PATTUWITA - META X-XERREJ IZOMM L-OGGETT MIBJUGH - BEJGH, OGGETT SECOND HAND - BEJGH, RIMEDJU AESTIMATORJU MHIX DISPONIBBLI PER VIA DI ECCEZZIONE - BEJGH, RIMEDJU REDIBITORJU MHIX DISPONIBBLI PER VIA DI ECCEZZIONE - KUNTRATT, META L-KLIEM UZATI MA JKUNUX CARI
Summary
Il-gurisprudenza lokali tippermetti provi orali "meta s-sinifikat tal-kitba jkun ambigwu jew il-kitba tkun tikkontjeni partijiet kontradittorji" izda meta l-partijiet jonqsu milli jipprovdu dawn l-elucidazzjonijiet, il-Qorti ma jkollhiex triq ohra hlief li tinjora dik il-klawsola li fiha nnfisha, tikkontjeni dispozizzjonijiet kontradittorji.

F'kaz ta' bejgh 'sekonda man' huwa pacifiku illi"fin-nuqqas ta' provi sufficjenti jekk l-oggett kienx tajjeb jew le fil-mument tal-konsenja wiehed ghandu jimxi fuq dak li jkun verosimilment fl-intenzjoni tal-partijiet fil-mument tal-ftehim; u hu ghalhekk gust u logiku li jinghad li, meta l-oggett gie kwalifikat bhala "tajjeb", dik il-kelma fl-intendiment tal-kontraenti, u skond il-logika guridika, kellha u ghandha tiftiehem fis-sens li l-oggettkellu jkun tajjeb "sa fejn jista' jkun tajjeb oggett sekonda man bil-prezz li jkun inxtara". Il-kelma 'sekonda man' hi decizament kontrapposta ghall-kelma 'gdid' ghal dak li hu uzu ta' l-oggett.

Meta ssir kawza ghall-hlas tal-prezz ta' l-oggett mibjugh, il-konvenut ma jistax jissolleva l-eccezzjoni li l-oggett kunsenjat ma kienx tal-kwalita' pattwita u kwindi ma kienx intitolat ihallas l-ammont dovut; il-konvenut kellu jiddeduci l-ilment tieghu b'talba per via di azione. "Huwa principjustabbilit fil-gurisprudenza nostrali illi l-kompratur ma jistax izomm il-merci li huwa qieghed jilmenta dwarha u fl-istess hin jirrifjuta li jhallas ghalihom u jitlob, anzi, d-danni" Jekk ix-xerrej/sid izomm l-oggett avolja ma jkunx tal-kwalita' pattwita, u jecepixxi l-kwistjoni biss meta jigi mitlub il-hlas, huwa jitlef kull dritt li seta' kellu.

L-istess principju huwa stabbilit anke f'kaz ta' difetti latenti. L-actio redhibitorja li twassal ghat-thassir tan-negozju, dak li donnu xtaqul-konvenuti, ma tistax tintlaqa jekk ix-xerrej ikun zamm ghandu l-oggett. Filwaqt li l-azzjoni aestimatorja tista' issir bl-oggett jibqa f'idejn ix-xerrej. Iz-zewg azzjonijiet imsemmija jridu jsiru fiz-zmien li tistabilixxi l-ligi bhala citazzjoni partikolari bit-talba relattiva, u ma jistghux jitqajmu bhala eccezzjoni meta bejjiegh ikun wasal li jitlob il-hlas minghand ix-xerrej. F'kaz ta' difettf'oggett mibjugh, ix-xerrej ma jistax kapriccosament jew minhabba xi nuqqas da parti tieghu, iwarrab id-drittijiet specifikatament moghtija lilu bil-ligi, u minghajr ma juza r-rimedji preskritti, jaghzel li jzomm il-merkanzija, ghalkemm din tkun difettuza, u wara jirreklama d-danni.

Ix-xerrej lanqas m'ghandu dritt li jitlob lill-venditur jirrifondilu l-ispejjez li jkun ghamel biex isewwi d-difetti latenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info