Referenza: 1494/1992/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/02/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
CAMILLERI CHARLES ET vs FARRUGIA CHARLES NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPALT, CERTIFIKAZZJONI TAX-XOGHOL - APPALT, DIFETTI ESSENZJALI - APPALT, DIFETTI MHUX ESSENZJALI - APPALT, EXTRA WORKS - APPALT, RIMEDJI TAL-APPALTANT META X-XOGHOL MA JKUNX SKOND IS-SENGHA U L-ARTI
Fil-Qosor
Meta kuntrattur jiftiehem mas-sid fuq rati ghax-xoghol, u, tul l-eskuzzjoni ta' l-appalt, jigi mitlub biex jaghmel u fil-fatt jaghmel, xoghol extra, il-hlas ghal dak ix-xoghol ghandu jkun l-istess bhal dak li gie miftiehem qabel. Meta kuntrattur jaccetta li jaghmel xoghol extra, il-presunzjoni hi lihu jkun hekk qed jaccetta taht l-istess kundizzjonijiet ta' hlas li kienu ftehmu fuqhom qabel. Mhuxlogika li l-kuntrattur li jinnegozja rata partikolari ghax-xoghol principali, jaccetta li jaghmel xoghol extra fl-istess appalt bi hlas differenti. Il-pozizzjoni kienet tkun differenti kieku sar ftehim fuq l-appalt, li gie ezegwit, u wara l-kuntrattur inghata appalt iehor bla ftehim fuq il-hlas: f'kaz bhal dan, l-kuntrattur ikun irid jipprova li l-intenzjoni taz-zewg partijiet kienet li ghat-tieni appalt jithallas bl-istess mod kif sar fl-ewwel appalt. Meta, pero', qed nitkellmu fuq estensjonita' xoghol fl-istess appalt, il-presunzjoni ghandha tkun li, ghal dak ix-xoghol extra li gie inkorporat fl-istess appalt, il-hlas ghandu jkun kif kien miftiehem ghall-appalt innifsu, u jekk is-sid ikun irid ihallas anqas, irid juri li kien ftiehem mal-kuntrattur li ghal dak ix-xoghol kellu jithallas b'mod differenti. Fi kliem iehor, sakemm ma ssirx prova ta' ftehim differenti, xoghol extra li jkun inkorporat f'appalt li fuqu jkun sar ftehim dwar hlas, ghandu jitqies bhal semplici estensjoni ta' dak l-appalt u l-hlas regolat bl-istess ftehim.

Huwa xieraq li l-"additional work" li assuma l-perit jigu kkonsidrati bhala estensjoni ta' l-inkarigu originali li kien inghata, u ma kienx gust li wiehed jippretendi li l-perit jaccetta li jaghmel dan ix-xoghol extra b'rata ta' hlas imnaqqsa.Jekk is-sid ried li ghal dak l-"additional work" il-perit jithallas b'rata anqas baxxa, kellu jaghmilha cara mal-perit mill-bidu u jesigi ftehim f'dan is-sens minghandu. Darba ma sarx ftehim f'dan is-sens, ghax-xoghol extra li inghata r-rata ta' hlas kellha tkun kif gie originarjament miftiehem.

F'kawza ghall-hlas ta' xoghol esegwit tista' issir kontro-talba ghad-danni rizultanti minn xoghol hazin,u inoltre meta x-xoghol ma jkunx sar skond l-arti u s-sengha, il-hlas dovut ghandu jitnaqqas.

L-appaltatur ma humiex mehlus mir-responsabilita' avolja jkun hemm l-approvazzjoni tax-xoghol. Il-verifika u l-approvazzjoni generalment isiru ghall-finijiet tal-hlas, izda b'daqshekk ma jigix ezonorat mir-responsabilita' jekk nonostante kontroll diligenti fil-mument tal-verifika, 'l quddiem jinstab li x-xoghol ma sarx sew. Jekk id-difetti jkunu ta'certa gravita' l-kommittent ikollu d-dritt jopponi l-'exceptio non rite adempleti contractus' ghad-domanda li ssirlu ghall-hlas; jekk min-naha l-ohra d-difetti ma jkunux sostanzjali jew essenzjali, l-appaltatur ikollu d-dritt li jitlob lidawk id-difetti jigu riparati jew jaccetta riduzzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni