Reference: 2747/1997/1

Judgement Details


Date
17/02/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
MUSCAT CATHERINE vs GAFA FELIX
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, ANNULLABBLI, PERO` MHUX NULL AB INITIO, JEKK WIEHED MILL-KONJUGI MA JAGHTIX IL-KUNSENS TIEGHU - ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, MA JORBOTX LILL-KOMUNJONI TA` L-AKKWISTI META JSIR BIL-KUNSENS TA` WIEHED MILL-MIZZEWGIN BISS - ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, WIEHED MILL-KONJUGI JISTA` JORBOT L-ASSI TAL-KOMUNJONI - KOMUNJONI TA` L-AKKWISTI, ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA MAGHMUL BIL-KUNSENS TA` WIEHED MILL-MIZZEWGIN BISS - LOKAZZJONI, DEFINIZZJONI TA` FOND - KIRJA TA` AMBJENTI INTERNI FORMANTI PARTI MINN FOND IEHOR
Summary
F'din il-kawza l-attrici talbet l-izgumbrament tal-konvenut li kien qieghed jokkupa parti mir-residenza taghha fuq il-bazi li l-istess okkupazzjoni kienet bla titolu.

Il-konvenut eccepixxa titolu ta' lokazzjoni protett ai termini tal-Kap. 69.

L-ewwel Qorti irriteniet illi l-kiri in kwistjoni, kien wiehed sui generis ghax kien ta' ambjenti interni fil-fond ta' l-attrici, u mhux fond maqtugh ghalih: l-ambjenti mikrija huma 'parti minn dar akbar'. Kiri bhal dak ma hux imhares tahtil-ligijiet tal-kera, u ghalhekk is-sid ma kellha ebda obbligazzjoni li ggedded il-kiri meta jintemm. Il-Qorti ikkonkludiet li kien inghata kongedo skon dil-Ligi u ordnat l-izgumbrament.

Il-Qorti ta' l-Appell zammet access tal-fond in kwistjoni u waslet ghal konkluzjoni differenti.

Il-Qorti ta' l-Appell qieset wara li sar l-imsemmi access illi dik il-parti tal-fond fil-pussess tal-konvenut kienet ta' entità tali illi fihom almenu l-minimu ta' facilitajiet illi wiehed jistenna f'post ta' abitazzjoni u segregati.

Ghalhekk il-Qorti ikkonkludiet li tali ambjenti minn naha wahda jikkwalifikaw bhala 'fond' ai termini ta' l-Artikolu 2 tal-Kap. 69 u, min-naha l-ohra m'humiex eskluzi mid-definizzjoni ta' 'kirja' ai termini tac-citat Artikolu 44(1)(b) ta' l-istess Kap. 69.

Il-Qorti ghamlet ukoll referenza ghall- Ordinanza li Trazzan il-Kera fuq id-Djar (Kap. 116) u senjatament ghall-Artikolu 2 ta' l-imsemmi Kap. 116 li jaghti s-segwenti definizzjoni ta' "dar":

"'dar' tfisser bini, sehem minn bini mikri ghalih, jew kamra mikrija ghaliha, li jkunu mikrija l-aktar bhala dar jew imkien fejn wiehed joqghod u tfisser ukoll art imdahhla mal-lok mikri, izda ma tfissirx bini, sehem minn bini jew kamra meta dawn ikunu mqabblin flimikien ma' raba'".

Tqajjem il-punt li l-kirja in kwistjoni kienet saret mir-ragel ta' l-attrici minghajr il-kunsens taghha. Il-Qorti qieset li tali nuqqas ma kienx igib ir-rizultat awtomatiku tan-nullità ta' l-istess kirja ghaliex, ai termini ta' l-Artikolu 1326(1) tal-Kodici Civili, atti bhal ma hija l-kirja in kwistjoni "jistghu jkunu annullati", mill-parti illi ma tkunx tat tali kunsens. Hawnhekk izda ma kienet giet intentata ebda azzjoni ta' annullament u allura l-Qorti qieset il-kirja bhala vinkolanti fuq il-komunjoni ta' l-akkwisti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info