Reference: 1241/1989/3

Judgement Details


Date
16/02/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
VALENZIA BRIAN NOE vs IL-KONTROLLUR TAD-DWANA ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DEPOZITU, DOVERI TAD-DEPOZITARJU - KONTROLLUR TAD-DWANA, OBBLIGI IN KONNESSJONI MA` IMPORTAZZJONI TA` MERKANZIJA - THE CARGO HANDLING COMPANY LIMITED, OBBLIGI IN KONNESSJONI MA` IMPORTAZZJONI TA` MERKANZIJA
Summary
Fl-ispartizzjoni tar-responsabbilitajiet legali ta' diversi entitajiet konnessi mal-port u l-importazzjoni ta' merkanzija gewwa Malta wiehed jrid ta' bilfors meta jikkunsidra l-importatur, jaghmel distinzjoni bejn dawk l-obbligi li huma mposti b'ligi fuq il-Kontrollur tad-Dwana u dawk li tassumi s-socjeta` The Cargo Handling Company, qua kuntrattur tad-Direttur tal-Portijiet.

Fil-kaz tal-Kontrollur tad-Dwana l-obbligu ewlieni huwa dak li ma jippermettix li tidhol merkanzija gewwa Malta minghajr ma jithallas d-dazju ta' importazzjoni dovut fuq l-istess merkanzija. Dan l-obbligu l-Kontrollur jaqdieh permezz tal-ufficjali tieghu li ghandhom d-dmir li jzommu kontroll fuq il-movimenti tal-merkanzija li tigi importata u li, qabel ma tigi rilaxxata mid-depost, jassiguraw li kwalunkwe dazjufuq dik il-merkanzija jkun gie sodisfatt. Mill-banda l-ohra s-socjeta` The Cargo Handling Company Limited ghandha vesti ghal kollox differenti minn dak tal-Kontrollur tad-Dwana. Din, ex lege, hija l-agent tad-Direttur tal-Portijiet u per konsegwenza kull merkanzija li tasal hawn Malta trid, ta bil-fors, tghaddi in konsenja ta' din is-socjeta` li mhux biss ghandha l-obbligu li tikkustodiha kemm iddum fil-paramentri tal-port izda ghandha l-obbligu li tikkonsenja l-istess merkanzija lid-destintarju taghha. Hija din il-kumpanija li tirrilaxxa l-Gate Pass Out li huwa d-dokument li finalment ghandul-iskop li jawtorizza l-istess rilaxx. Ghalhekk filwaqt li l-Kontrollur, bid-drittijiet kollha ta'salvagwardja li ghandu, huwa interessat principalment fil-protezzjoni tal-gbir tad-dazju fuq merkanzija importata, is-socjeta` konvenuta hija finalment dik l-enti li ghandha r-responsabbilita', qua depozitarja tal-merkanzija, li tara li dik l-istess merkanzija tigi kkonsenjata lil min ghandu titolughaliha.

L-obbligi tad-depozitarju huma benn delineati fl-Artikoli 1899 et sequitur tal-Kodici Civili Kap 16 tal-Ligijiet ta' Malta. Fost dawn l-obbligi nsibu li id-depozitarju ghandu, fil-kustodja tal-haga taht depozitu, jiehu hsieb daqs kemm jiehu fil-kustodja ta' hwejgu. Dan l-obbligu ghandu jigi applikat b'mod aktar sever meta, apparti cirkostanzi ohra, ikun hemm ftehim, bhal fil-kaz in ezami, li d-depozitarju ghandu jithallas ghall-kustodja tad-depozitu. F'dan il-kaz il-igi trid lid-diligenza li ghandha tigi ezercitata mid-depozitarju ghandha, f'kull kaz, tkun dik ta' missier tajjeb tal-familja. Huwa wkoll stabbilit li d-depozitarju ghandu jrodd il-haga ddepozitata lil dak bissli jkun fdahielu, jew lil dak li fl-isem tieghu jkun sar id-depozitu, jew lill-persuna li tkun gietmahtura biex tircievi lura l-haga.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info