Reference: 572/2000/1

Judgement Details


Date
13/02/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
MICALLEF LINO PRO ET NOE vs BANK OF VALLETTA PLC
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
MANDAT TA` SEKWESTRU, LIEMA HWEJJEG HUMA MILQUTA - MANDAT TA` SEKWESTRU, RIMEDJI DISPONIBBLI LIS-SEKWESTRANT KONTRA SEKWESTRATARJU LI JINJORA ORDNI TAL-QORTI
Summary
L-Artikolu 1155 tal-Kodici Civili jipprovdi li "Il-hlas maghmul mid-debitur lill-kreditur tieghu biksur ta' mandat ta' sekwestru, jew ta' ordni iehor tal-qorti, ma jiswiex kontra l-persuni li favur taghhom il-mandat jew l-ordni jkun gie moghti; u dawn il-persuni jistghu, ghall-jeddijiet taghhom, igieghlu lid-debitur ihallas mill-gdid, bla hsara tal-jedd tieghu ta' regress kontra l-kreditur."

L-Artikolu 376(1) tal-Kap. 12 jiddisponi li "Fil-mandat [ta' sekwestru] ghandha titnizzel is-somma jew il-haga li jkollha tinghata flimkien mat-titolu li bis-sahha tieghu l-kreditur jitlob l-esekuzzjoni, u s-sekwestratarju jigi mgieghel espressament li ma jhallasx jew li ma jaghtix lid-debitur, jew lil haddiehor, il-flus jew il-hwejjeg li jkunu jinsabu ghandu, taht piena tal-hlas tad-danni u l-imghaxijiet.

Il-legislatur, oltre r-rimedju kontemplat fl-Artikolu 1155 tal-Kap.16, ried jaghti rimedju iehor specifiku lill-kreditur esekutant li jsofri dannu minhabba li s-sekwestratarju jkunvjola l-obbligi legali tieghu. Dan ir-rimedju huwa azzjoni ghad-danni u imghaxijiet., liema rimedju u aktar ampju minn dak kontemplat fl-Artikolu 1155 tal-kap.16, ghax filwaqt li skond dan l-artikolu r-rimedju huwa limitat biss ghall-pagament tas-somma, ir-rimedju kontemplat fl-Artikolu 376 huwa intiz biex jinkludi fih, mhux biss il-pagament tas-somma dovuta izda anki danni konsegwenzjali.

Prezz ta' trasferiment ta' oggett immobbli li jkun dovut mis-sekwestratarju lis-sekwestrat huwa xorta wahda soggett ghall-effetti tal-mandat ghax mal-konkluzjoni tal-kuntratt il-prezz, ossia l-flustal-prezz, ma jibqghux flus tas-sekwestratarju izda tas-sekwestrat.

L-interpretazzjoni korretta tal-Artikolu 375 tal-kap.12 li ghalih saret referenza mill-konvenut, hija fis-sens li malli s-sekwestrarju jigi notifikat bl-ordni tas-sekwestru huwa ghandhu izomm jew jiddepozita dawk il-flus jewhwejjeg bizzjjed sabiex tithallas it-talba tas-sekwestrant. Din l-ordni tkopri kemm il-flus li jkollu fil-pussess tieghu dak il-hin, kif ukoll dawn li jigu fil-pussess tieghu anke wara, purche' il-mandat jkun ghadu jsehh. Din l-interpretazzjoni hija konformi mal-ispirtu tal-ligi intiza biex taghtirimedju effettiv lill kreditur biex jigbor minghand id-debitur dak li hu dovut lilu. Aliter u jekkl-obbligu tas-sekwestratarju jkun limitat biss ghall-flus jew hwejjeg li dan ikollu fil-pusses tieghu fil-hin tan-notifika, ikun facli hafna kemm ghas-sekwestratarju kif ukoll ghad-debitur li jeludud-drittijiet tal-kreditur multo magis fejn is-sekwestrarju ma jkun Bank.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info