Reference: 293/2001/1

Judgement Details


Date
23/01/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
MAGRO HERMAN ET vs BORG MARK ANTHONY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SERVITU`, AGGRAVAMENT TA` - SERVITU`, KREAZZJONI BID-DESTINAZZJONI TA` SID TA` ZEWG FONDI - SERVITU`, KWALUNKWE DUBJU DWAR SUSSISTENZA GHANDU JMUR FAVUR IL-FOND SERVJENTI - SERVITU`, LIGIJIET SPECJALI U REGOLAMENTI TAL-BINI - SERVITU`, TIEQA F`HAJT DIVIZORJU - SUPERFICIES SOLO CEDIT, PROPRJETA` TA` L-ARJA TA` BITHA INTERNA META GID JINQASAM F`SULARI DIFFERENTI
Summary
Fil-qasam ta' dritt dwar servitu', tali servitu' huwa meqjus bhala eccezzjoni ghall-jedd ta' proprjeta' u ghandhom jitqiesu ghalhekk b'mod restrittiv, u ghalhekk fejn hemm dubju dwar il-limiti ta' tali servitu', dan ghandu jinghata tifsira kemm jista' jkun dejqa u zgur mhux kontra l-gid serventi;

Illi fir-rigward ta' ftuh ta' twieqi fuq btiehi ta' haddiehor, il-ligi timxi fuq il-presunzjoni stabilita fl-artikolu 323 tal-Kodici Civili. Ghalkemm huwa minnu li, f'ghadd ta' kawzi, tqanqletil-kwestjoni spinuza ta' proprjetajiet ta' sidien differenti li jkunu fuq xulxin, xorta wahda jista'jinghad li din il-prezunzjoni ghadha meqjusa bhala punt ta' tluq. It-tnehhija ta' tali presunzjonitrid tigi ippruvata kif imiss. Inghad ukoll li s-sid ta' bitha interna ghandu l-proprjeta' tal-arja ta' dik il-bitha, u li ghalhekk il-ftuh ta' kull tieqa minn sid ta' xi beni sovrastanti li ma jkunx sar bi qbil ma' sid il-bitha jew li ma jkunx inghata espressament fit-titolu tal-akkwist, jikkostitwixxi servitu';

Dwar servitu' mahluqa "bid-destinazzjoni ta' sid ta' zewg fondi", il-ligi trid li jintwera (naturalment, minn min jinvoka favurih tali servitu') li s-sid qieghed jew hallal-haga fl-istat li minnu tnissel is-servitu. Kemm hu hekk, gie stabilit li s-servitu' bid-destinazzjoni ta' missier il-familja ma tohrogx mill-intenzjoni imma mill-fatt, ghaliex is-servitujiet predjali, kif l-isem innifsu juri, huma assoggettazzjoni tal-proprjeta' u ghalhekk, bhala haga "in odiosis", ghalkemm utli ghall-fond dominanti, m'ghandhomx jitnisslu hlief minn fatti univoci u certi. Biex dan isehh iridu jintwerew erba' (4) elementi li huma: (a) li l-post serventi u dak dominanti kienu, f'xi zmien, tal-istess sid; (b) li l-imsemmi sid qieghed jew halla l-affarijiet fl-istat li minnu tnisslet is-servitu', (c) li l-postijiet jinsabu f'idejn sidien differenti, u (d) li meta l-postijiet ikunu ghaddew ghand sidien differenti, ma jinghad xejn dwar is-servitu'. Minbarra dan, huwa stabilit ukoll li din is-servitu' tirrigwarda biss dawk is-servitujiet li huma kontinwi u dawk li jidhru. Twieqi jaqghu sewwasew taht dawn l-ghamla ta' servitu';

Ghalhekk, iz-zmien utli li wiehed irid iqis biex jara jekk tali ghamla ta' servitu' tezistix tabilhaqq huwa l-waqt meta l-postijietma baqghux izjed tal-istess sid, u mhux iz-zmien meta kienu ghadhom tal-istess sid. Dan igib mieghul-effett li jekk kemm-il darba xi wahda mill-proprjetajiet kienet diga' ghaddiet ghand haddiehor uma tkunx baqghet ghand l-istess sid, is-servitu' ma tista' qatt titqies mahluqa bid-"destinazzjoni"jew bir-rieda tal-istess sid, imma trid titqies li tkun inholqot bi qbil ta'kunsensi tas-sidien kollha koncernati, u ghalhekk il-holqien tas-servitu' ghandu jsir u jigi biss ippruvat b'att pubbliku;

Minbarra dan, huwa principju ewlieni fil-ligi dwar servitu' li kull min ghandu jedd ghal servitu' ghandu jinqeda biha b'mod tali li ma jista' jaghmel la fil-fond serventi u lanqas f'dak dominanti l-ebda tibdil li jista' jtaqqal izjed il-piz tal-fond serventi.

Biex wiehed iqis kif imissl-estent ta' servitu' partikolari, m'huwiex moghti lit-titolari tas-servitu' li jippretendi tigbidjew estensjoni tal-istess servitu' skond il-htigijiet taz-zmien, ghaliex servitu' ghandha tigi mfissra b'riferenza ghaz-zmien meta tkun inholqot u mhux b'riferenza ghal zviluppi li jkunu saru wara dakiz-zmien mis-sid tal-post dominanti;

Ftit li xejn jiswa li jinghad li l-bini sar bil-permessi mehtiega jew li l-ftuh tat-twieqi huwa obbligatorju bil-ligijiet sanitarji, ghaliex fir-rigwardta' drittijiet privati u rejali il-ligi tipprovdi specifikatament dwar il-mod li bih gid ta' sid jista' jitghabba jew jittaqqal izjed b'servitu' favur gid ta' haddiehor. Il-kisba ta' permessi tal-bini hija obbligu li kull min irid jaghmel zvilupp irid iwettaq, imma qatt ma jista' jissarraf ukoll f'obbligu kontra l-gid tas-sit serventi jew il-gid ta' terzi;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info