Referenza: 240/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/01/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
CALLEJA MICHELLE ET vs KUMMISJONI KONTROLL ZVILLUP ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, APPELL KONGUNTIV MINN DECIZJONIJIET TAL-AWTORITA` TAL-IPPJANAR - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, HLAS TA` DRITTIJIET F`APPELL KONGUNTIV MINN DECIZJONIJIET TAL-AWTORITA` TAL-IPPJANAR - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, REGOLAMENTAZZJONI TA` PROCEDURI
Fil-Qosor
Appell kumulattiv quddiem il-Bord ta` l-Appell dwar l-Ippjanar huwa permess meta jidher car li l-appellanti ghandhom interess guridiku uniku u kompletament identiku fir-rigward ta' decizjoni ta' l-Awtorita` li tkun qeghda tigi impunjata quddiem il-Bord.

Huwa veru li l-Bord inghata s-setgha lijirregola l-proceduri tieghu. Pero` huwa daqstant veru wkoll li eccezzjonijiet li jirrigwardaw in-nullita` ta' l-atti m'ghandhomx jintlaqghu facilment izda ghandhom jintlaqghu biss jekk ikun jissusistu cirkostanzi gravi bhalma jissemmew per ezempju fl-Artikolu 789 tal-Kap. 12. Jekk dan il-principju jorbot lill-Qrati ordinarji, l-istess pricipju ghandu jkun aktar u aktar applikabbli quddiem tribunali amministrattivi bhalma huwa il-Bord. Dawn it-tribunali twaqqfu appuntu espressament bhala tribunali specjalizzati, intizi biex jipprovdu gustizzja sostanzjali, bi speditezza u b'wisq anqas formalita` u rigorozita` mill-Qrati ordinarji.

Il-hlas ghad-dritt ta' l-appell quddiem il-Bord m'ghandux ikun determinat minn numru ta' persuni li jappellaw. Fil-kaz odjern saret l-applikazzjoni ta' appell wahda kontra l-izvilupp propost mill-appellat u allura kien dovut pagament ta' dritt wiehed ta' appell.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni