Reference: 2268/1996/1

Judgement Details


Date
28/01/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
SAMMUT MARIA vs SAMMUT LAWRENCE ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOMMODAT, ELEMENT TAL-GRATUWITA` - KOMMODAT, ELEMENTI TA` - KOMMODAT, HLAS TA` KUMPENS NOMINALI - UZUFRUTT, DRITTIJIET TA` L-UZUFRUTTWARJU - ZGUMBRAMENT, DETERMINAZZJONI TAL-VALUR LOKATIZZJU - ZGUMBRAMENT, KOMPETENZA RATIONAE MATERIAE - ZGUMBRAMENT, KOMPETENZA RATIONAE VALORIS
Summary
L-uzufruttwarju jista' jipproponi kemm azzjonijiet personali kemm dawk reali. Uzufruttwarju ghandud-dritt li jgib l-att gudizzjarju opportun biex jirrivendika l-interessi tieghu bhala uzufruttwarju,anke di fronte ghall-komproprjetarji sidien li jkunu qed jokkupaw stabili li, ghalkemm komuni, huwasoggett ghall-uzufrutt favur tieghu;

Meta l-attur jippretendi li l-konvenut ghandu jigi zgumbrat ghax qieghed jokkupa fond bla titolu, u dan il-fatt jigi kontestat lilu mill-konvenut li jeccepixxi li ghandu titolu ta' kera, allura l-Qorti ghandha bilfors, ghall-finijiet ta' kompetenza in raguni tal-valur ta' l-oggett in lite, tara x' inhu l-valur lokatizju, u jekk dan ma jirrizultax mill-atti tfittex xi prova, kompriz ic-certifikat tal-Land Valuation Office jew il-fair rent kif stabblitmill-Bord tal-Kera.

La darba l-konvenut, tajjeb jew hazin, ikun qed jokkupa post urban u jirrifjuta li johrog minnu ghar-ragunijiet tieghu, anke jekk jigi deciz li hu m' ghandux johrog minn dakil-fond sa certu zmien, ghal dak il-perijodu hu certament ikollu jhallas somma ta' flus korrispondenti ghall-valur lokatizju ta' dak il-post. U ghalhekk huwa assolutament necessarju li jigi stabbilit x'inhu l-valur lokatizju ta' dak il-post. Fejn il-valur ikun incert dan jigi determinat bi stimata' perit (Artikolu 761, Kapitolu 12).

Issa ghandu jigi osservat illi ghallanqas skond il-prassi forensika pjuttost komuni l-valur ma jigix stabbilit biss mid-domanda in kwantu hu rikonoxxut illi dan jista' jiddependi wkoll mill-eccezzjoni.

Ope exceptionis l-istess konvenut li ssolleva l-inkompetenza jippretendi wkoll permezz ta' eccezzjoni ohra illi t-titolu tieghu hu dak ta' kommodat. Kuntratt dan simili hafna ghal kera bid-differenza illi hu gratwitu waqt li l-kiri hu oneruz;

Il-ligi tiprospetta l-kompetenza tal-Qrati Inferjuri mhux biss meta l-konvenut ikun qed jokkupa l-fond b'titolu ta' kera, imma wkoll meta ikun jokkupah u joqghod fih b' xi titolu iehor jew ankebla ebda titolu, sakemm ma jkunx b'xi titolu li minhabba n-natura immobbli tieghu kif bil-ligi stabbilita hu espressament ezawtorat mill-kompetenza taghha. Kif inghad, dawn ix-xorta ta' titoli ma jinkludix il-kommodat.

Eccezzjoni li okkupazzjoni ta' fond tkun qed issir bis-sahha ta' dritt ta' uzu certament tinkwadra l-materja f' dak dispost fl-Artikolu 47(3) tal-Kodici ta' Procedura li jitratta fuq kwistjonijiet dwar proprjeta` u jeddijiet ohra maghqudin ma' immobbli. Artikolu dan li jrid jinqara unitament ma' l-Artikolu 310 tal-Kodici Civili li jikkwalifika bhala hwejjeg immobbli minhabba l-haga li maghha ghandhom x'jaqsmu, apparti c-cnus u s-servitujiet praedjali, il-jedd ta' l-uzufrutt jew ta' uzu ta' immobbli u l-jedd ta' abitazzjoni. Jeddijiet dawn fuq il-proprjeta` li ghandhom karatteristici ben definiti. In aggunta hemm dak stabbilit fis-subinciz (d) ta' l-istess artikolu li jikkwalifika bhala immobbli "kull azzjoni biex tittiehed jew tintalab lura haga immobbli, jewxi wiehed mill-jeddijiet imsemmija fl-istess artikolu";

Li jfisser allura, u dan indipendentement mill-valur lokatizju, illi wiehed ma jistax jipprexxindi minn eccezzjoni bhal din li tinkwadraruhha proprju fl-Artikolu 47 (3) imsemmi.

F'kuntratt ta' kommodat il-haga tigi kkunsinnata biex il-kommodatarju jinqeda biha ghal zmien jew ghall-uzu determinat. Karattru essenzjali tieghu huwa l-gratuwita ossia d-donazzjoni ta' l-uzu li timponi lill-kommodant l-obbligu li jaghti t-tgawdijatal-haga ghaz-zmien kollu miftiehem, u bhal fil-kaz tal-konduttur mal-lokatur, hekk il-kommodatarjulejn il-kommodant ghandu d-dritt li jinqeda mill-haga basta fil-parametri ta' l-uzu miftiehem fil-kuntratt.

Din il-figura tal-kommodat ma tistax tissubixxi ebda kambjament u ghalhekk mhix korretta s-sottomissjoni li dan it-tip ta' kuntratt jiskonfina fil-prekarju jekk ma jkunx hemm l-ezistenza taz-zmien. Dan ghas-semplici motiv illi l-ligi tikkontempla bl-uzu tal-preposizzjoni "jew" l-ezistenza tal-kommodat ghall-"uzu determinat". Dan tant hu ovvju illi f' artikolu iehor ta' dan l-istitut il-ligi tippreciza b' repitizzjoni illi "l-kommodant ma jistax jiehu l-haga lura hlief wara li jkun ghadda z-zmien miftiehem, inkella, fin-nuqqas ta' ftehim, wara li tkun serviet ghall-uzu li ghalih giet mislufa" [Artikolu 1835(1), Kodici Civili];

Kumpens nominali ma jikkonvertix il-kommodat f'lokazzjoni. Kumpens nominali ma jhassarx il-kommodat, imma jrid ikun kumpens zghir u insinifikanti. Lanqas il-fatt illi l-kommodatarju jikkontribwixxi ghall-ispejjez ta' l-uzu tal-haga, basta li dan jinzamm fil-limiti kompatibbli mal-karattru essenzjali tal-gratuwita`, ma jezula l-figura tal-kommodat (Qorti tal-Kassazzjoni Taljana, 24 ta' Marzu 1981).

Il-proprjeta` komuni hi soggettghall-uzufrutt favur taghha u ghalhekk jinsorgi fiha d-dritt tal-godiment pjen ta' l-istess hwejjegkomuni, ad eskluzjoni tal-komproprjetarji. Dan johrog mid-definizzjoni innifisha li l-ligi taghtilill-uzufrutt fl-Artikolu 328 tal-Kodici Civili u l-jeddijiet konferiti lill-attrici f' din il-vestemid-disposizzjonijiet li jsegwu dwar dan l-Istitut. Naturalment din ma ghandhiex tabbuza jew tikkomprometti d-drittijiet tan-nudi proprjetarji. Ghalhekk bhala principju in-nudo proprjetarju ma jistax juza l-haga soggetta ghal uzufrutt jew igawdiha, ghaliex id-dritt ta' uzu u ta' tgawdija huwa separat mill-proprjeta` u jappartjeni lill-uzufruttwarju.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info