Reference: 1865/1996/1

Judgement Details


Date
28/01/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CAMILLERI RAYMOND NOE vs SCICLUNA ANTHONY PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PRESKRIZZJONI, INTERRUZZJONI BIL-HLAS DA PARTI TA` TERZ - PRESKRIZZJONI, INTERRUZZJONI BIL-HRUG TA` CHEQUE - PRESKRIZZJONI, INTERRUZZJONI TA` - RIKONOXXIMENT TAD-DEJN - PRESKRIZZJONI, META CERTI DJUN JIRRIZULTAW MINN KONT ACCETTAT MID-DEBITUR JEW MINN DIKJARAZZJONIJIET OHRA
Summary
Hlas da parti ta' terza persuna itemm id-dejn. Il-hrug ta' cheque ghall-hlas ta' dejn ta' terza persuna jammonta ghal rikonoxximent tad-dejn u allura huwa interruttiv tal-preskrizzjoni.

Ir-rikonjizzjoni tad-debitu tista' tkun prezunta jew indiretta dedotta minn fatt konkludenti, inkompatibblimal-volontac tal-kontestazzjoni tad-dritt tal-kreditur.

Dippju lanqas ma hu mehtieg li r-rikonjizzjoni tkun tal-kwantitac kollha dovuta u tista' tirrigwarda wkoll kreditu illikwidu bhal fil-kaz li d-debitur jipprometti li jhallas jekk id-dejn tieghu jigi pruvat.

Emissjoni ta' cheque jissarraf f'rikonoxximent car, esplicitu u inkondizzjonat tad-debitu. Rikonoxximent li kapaci jinterrompi l-preskrizzjoni eccepita.

L-Artikolu 2151(2) tal-Kodici Civili jiddisponi li:

"Jekk il-kreditu ghall-fornituri, kunsinni, xogholijiet, servizzi, jew qadi iehor jirrizulta minn kontaccettat mid-debitur jew minn dikjarazzjoni ohra tad-debitur bil-miktub, l-azzjoni ma taqax bi preskrizzjoni hlief bl-eghluq ta' hames snin li jibdew mid-data ta' dak il-kont jew ta' dikid-dikjarazzjoni."

Il-hrug ta' cheque jammonta ghal dikjarazzjoni ghall-finijiet ta' dan l-artikolu u allura l-preskrizzjoni applikabbli hija dik ta' hames snin.

L-emissjoni tac-cheque ghall-istess ammont mitlub jammonta ghal accettazzjoni ta' l-ammont mitlub. Fid-dritt Ruman jidher li accettazzjoni u rikonoxximent bhal dan jittraduci ruhu fl-azzjoni denominata "actio constitutae poecuniae", fundata fuq il-patt ("constitutum") li bih wiehed jobbliga ruhu li jhallas dak li ghandu jhallas hu jewhaddiehor, bi kwalunkwe titolu, anke fejn l-oggett ta' l-obbligazzjoni jkun incert. Bil-fatt tal-hrug tac-cheque, anke jekk dan baqa' ghal ragunijiet ohra, ma ssarrafx, dan kien jammonta ghal manifestazzjoni cara ta' konvenzjoni vera u proprja li biha debitur ikun stqarr li huwa debitur versu l-kreditur tieghu, f'liema kaz issir applikabbli l-preskrizzjoni kwinkwennali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info