Referenza: 6/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/01/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
DRIVE- A- WAY LIMITED vs SPITERI JOHN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RITRATTAZZJONI, SENTENZA TA` L-EWWEL GRAD - FATTI LI JIFFORMAW IL-BAZI TAR-RITRATTAZZJONI JRIDU JKUNU SARU MAGHRUFA LIR-RITRATTAND WARA LI JKUN GHALAQ IZ-ZMIEN TA` L-APPELL
Fil-Qosor
L-Artikolu 812 tal-Kap. 12 jiddisponi li:

812. Ir-ritrattazzjoni ta' kawza deciza b'sentenzamoghtija minn qorti ta' l-ewwel grad, u li ghaddiet f'gudikat, tista' tinghata wkoll, fuq talba tal-partijiet li jkollhom interess, f'kull wiehed mill-kazijiet imsemmijin fl-ahhar artikolu qabel dan,basta li l-parti tkun giet taf bil-fatti illi minhabba fihom titlob ir-ritrattazzjoni, wara li jkunghalaq iz-zmien ta' l-appell.

Disposizzjoni din tal-ligi procedurali illi dwarha gie dikjaratilli r-rimedju straordinarju tar-ritrattazzjoni mhux ammissibbli meta s-sentenza setghet giet impunjata permezz ta' l-appell.

Dan ghaliex hu biss eccezzjonalment illi decizjonijiet moghtija fl-ewwel grad u li ghaddew in gudikat jistghu jigu ritrattati "basta li l-parti tkun giet taf bil-fatti illi minhabba fihom tintalab ir-ritrattazzjoni, wara li jkun ghalaq iz-zmien ta' l-appell" (Art 812).

Ifisser ghalhekk illi "l-attur irid qabel xejn allura jipprova ghas-sodisfazzjon tal-Qorti illi l-fatti li dwarhom qed jitlob ir-ritrattazzjoni u li jgiddbu l-versjoni li nghatat lill-Qortiu li fuqhom iddecidiet il-kawza li taghha qed tintalab ir-ritrattazzjoni u li allura jirrendihom foloz, sar jaf bihom wara li ghalaq iz-zmien ta' l-appell". Pre-kondizzjoni din essenzjali u li riedet tigi provata biex jinghata aditu tar-ritrattazzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni