Reference: 227/2002/1

Judgement Details


Date
23/01/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
UNTOURS INSURANCE AGENTS LTD NOE ET vs AZZOPARDI ROBERT
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ASSIKURAZZJONI, HOLQIEN TA` RAPPORT KONTRATTWALI DIRETT BEJN ASSIKURAZZJONI U T-TERZ DANNEGGJAT
Summary
Fiha gie ritenut illi meta l-kumpanija assikuratrici tircievi l-claim mit-third party, tipprocessah,u tistabilixxi l-ammont tal-indennizz allura bejn il-kumpanija assikuratrici u t-third party jinholoq rapport gdid, dak cjoe`, li l-kumpanija jekk ikun il-kaz, thallas it-third party in bazi ghal polza tas-sikurta`. Huwa f'dan li l-posizzjoni guridika tghaddi mill-fazi ta' azzjoni 'ex delicto' ghaldik ta' adempiment jew inadempiment kontrattwali, li minnha tista' tohrog l-azzjoni 'ex contractu'li hija preskrivibbli zmien hames snin.

Il-fatt illi l-kumpanija assikuratrici, li mhiex parti in kawza, bdiet tezamina l-claim f'isem il-konvenut assigurat ma jgibx 'ut sic' il-holqien ta' rapport guridiku gdid, meta dak l-istess ezami ma wassal ghall-ebda vinkolu jew ftehim.

Biex tinholoq relazzjoni kontrattwali jehtieg jew li jkun hemm rikonoxximent ta' responsabilita` ghall-akkadut da parti ta' min ikkaguna d-danni jew li jkun hemm assunzjoni tar-responsabilita` ghar-rizarciment ta' dawk id-danni minn terza persuna in forza ta' xi kuntratt anke antecedenti ghall-akkadut bhalma hu l-kuntratt ta' assigurazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info